jesusandmary

 

IL-MISSIER SINJUR U L-IBEN GHAQLI


Missier li kien sinjur u kellu hafna propjeta’ ha lil ibnu fuq harga fil-kampanja. L-iskop ewlieni tal-missier kien li juri lil ibnu kif jghixu il-foqra sabiex it-tifel tieghu jkun jista’ japprezza l-fortuna li biha twieled.

Il-vjagg taghhom hadhom go villagg zghir fejn ghaddew jumejn go razzett ta’ familja fqira li ospitathom.

Meta waslu lura d-dar, il-missier staqsa lil ibnu: “ Kif kienet il-vaganza?”

L-iben wiegbu: “Kienet vaganza sabieha hafna li jiena ma ninsiha qatt.”

“Taf ghaliex hadtek fuq dan il-vjagg ibni? Sabiex tapprezza kemm inti xxurtjat li twelidt go familja sinjura.”

It-tifel afferma dak li qal missieru bi tbissima. 

“Allura ghidli ftit x’tghallimt minn din il-vaganza?” staqsa il-missier.

Wiegbu ibnu: “  Tghallimt bosta hwejjeg missier. Innutajt li huma kellhom tlett iklieb, ahna ghandna wiehed, ahna ghanda pixxina li tasal sa nofs il-gnien, imma huma ghandhom hdejhom xmara li ma tispicca qatt, ahna ghandna lanterni sbieh fil-gnien, imma huma ghandhom lanterni naturali matul il-lejl: il-kwiekeb. Il-villa taghna hija verament kbira, izda limitata, huma ghandhom razzet kbir hafna imdawwar b’ghelieqi sakemm ghajnejk jistghu jwasslu.”

Il-missier ma gharafx x’jaqbad iwiegeb.

U kompla it-tifel: “ Ahna ghandna l-qaddejja biex iservuna, izda huma jservu lil haddiehor. Ahna nixtru l-ikel taghna huma jkabbru taghhom. Ahna ghandna hitan biex iharsuna mill-ghadu, huma ghandhom il-hbieb li jipproteguhom u fuq kollox, missier ahna nghaddu z-zmien taghna mat-TV u l-mobiles huma jghadduh mal-familja u l-hbieb.”

“Missier minn dak li rat, indunajt li veru li ahna sinjuri, imma kemm fil-verita’ ahna fqar.”

FTAKAR li bil-flus kollha li wiehed jista’ jkollu, jista’ jixtri bosta affarijiet, imma qatt ma jista’ jixtri l-imhabba, tjubija, hbiberija u kompassjoni li jaghmlu mill-hajja taghna wahda verament sinjura.

FTAKAR li bosta minna japprezzaw dak li ma ghandhomx u mhux dak li ghandhom. Hafna drabi jiddependi mill-mod kif inharsu lejn dawk l-affarijiet ta’ madwarna.

AHSEB ftit jekk hux il-flus li huma importanti minn kull kwalunkwe haga ohra fid-dinja jew jekk hux l-imhabba u t-tjubija li timbuttak biex tkun bniedem ahjar matul hajtek.


Make a free website with Yola