jesusandmary

 



IL-PASSAT GHADDA…HALLIEH WARAJK

 

Darba kien hemm ajkla li kienet ittir fil-gholi, u tara d-dinja sabieha tahta u kull meta kien ikollha l-guh kienet tinzel bhal sajjetta fuq il-priza taghha. Kienet libera u kuntenta.

Pero’ kellha haga wahda li ma setghet tehles minnha qatt. Kull darba li kien jigrilha xi haga f’hajjitha, tajba jew hazina, din it-tajra kienet tigbor gebla zghira, zrara mill-art. Imbaghad fi tmiem il-jum kienet tifred iz-zrar, tidhaq meta tiftakar fil-grajjiet li ferhuha, u tikbi meta tiftakar f’dak li sewdilha qalbha.

U kull fejn kienet tmur kienet iggor dawk iz-zrar maghha, kemm jekk tkun qed ittir, kemm jekk tkun taghmel xi passejn fuq l-art. Qatt ma kienet tinsiehom jew thallihom warajha. Ghaddew is-snin u z-zrar kien dejjen joktor tant li sar tqil u l-ajkla ma setghetx ittir aktar.

L-ajkla li kull ghasfur kien jammira li kienet itir u tintelaq mal-kurrenti ta’ l-arja issa ma setghet taghmel xejn minn dan. La setghet taqbad il-priza taghha biex tiekol u anqas setghet tinzel fix-xmajjar biex tixrob u li kieku ma kienitx in-nida kienet tmut bil-ghatx. Imma t-tajra rjali baqghet izomm taht ghajnejha dawk il-memorji prezzjuzi minkejja dawk it-tbatijiet kollha.

Ftit taz-zmien wara it-tajra mietet bil-ghatx u l-guh. U kull ma kien fadal mill-memorja taghha kien il-munzell zrar li ma kellu ebda valur.

Il-passat ghaddha hallieh, kien x’kien. Indirizza il-harsa tieghek fuq il-futur u aghmlu ahjar minn dak li ghaddejt minnu.

 frar2024

Make a free website with Yola