jesusandmary

 

IS-SAJJIED XWEJJAH


Id-dar ta’ Mr Smith kienet toffri akkommodazzjoni lill-pazjenti li jigu mill-boghod biex izuru lit- Dr. Penny fil-klinika tieghu.

Jum wiehed  waqt li Mrs. Smith kienet qed thejji l-mejda ghac-cena semghet tahbita fuq il-bieb. Kien Mr Smith li mar jiftah u quddiemu lemah ragel ta’ dehra tassew orribbli. Persuntu kienet qasira nixruba ghal l-ahhar; u wiccu jbezza’ ghaliex fi ftit kliem il-gilda tieghu kienet marida. Madankollu lehen kien pjacevoli. Sellem lil Mr Smith u qallu: “Il-lejla t-tajba. Gejt biex nara jekk ghandekx kamra ghal lejl wiehed biss. Gejt ghall-kura fil-klinika ta’ Dr. Penny mix-xatt tal-Lvant dalghodu, u m'hemm l-ebda karozza tal-linja sa filghodu.”

Huwa qal lil Mr Smith li kien ilu minn filghodu jipprova jikri kamra ghal lejl izda minghajr success. “Nahseb minhabba l-gilda kerha tieghi. Naf li nidher terribli, imma t-tabib tieghi Dr, Penny jghid li bi ftit trattament iehor nigi u nfieq.”

“Jekk trid thallini noqghod fuq dan is-siggu li hawn hawn barra, tajjeb hafna.”

“Le, inhejjilek kamra biex tistrieh ghall-lejl . Ghaddi kul maghna.”

Izda bl-edukazzjoni kollha rrifjuta ghaliex qal li kellu mieghu. Fetah borza kannella u beda’ jiekol. Wara li Mr Smith kiel, hareg  jitkellem mar-ragel. Sar jaf li kien jismu David u kien jahdem ta’ sajjied minn sbieh il-jum sa ma tinzel ix-xema biex jghin lil bintu u lil uliedha, billi zewgha kien korra u wegga’ darhu waqt ix-xoghol.

David stqarr ma’ Mr. Smith li minhabba li kien jghaddi bosta hin fix-xemx, il-gilda tieghu mardet. Mr Smith stghageb meta semghu jghid: “ Imma nizzikhajr lil Alla li stajt inkompli biex nghix jiena u marti flimkien mal-familja ta’ binti.” Mr Smith ra li quddiemu ma kellux bniedem komuni izda persuna qaddisa li anke fil-hemm taghha kienet tirringrazzja lil Alla.

Meta qam David tewa’ il-bjankerija tas-sodda, kiel minn dak li kien gab mieghu u halla biex jilhaq ix-xarabank. Pero’ qabel telaq irringrazzja lill-benedfattur tieghu u staqsieh: “ Nista’ jekk joghgok nerga’ nigi noqghod ghandek meta jkun imissni il-jum tal-kura. Ma inhabtekx. Anke jekk noqghod hawn barra, jiena lest li norqod fuq siggu.”

Mr. Smith irrispondih li seta’ u meta jrid. Meta kien imissu David gab huta kbira sabieha lil Mr. Smith u ghalkemm Mr Smith wissieh kemm-il darba biex ma jgibx xejn mieghu, David kien dejjem jipprezentalhu huta li jkun qabad il-jum ta’ qabel jew xi haxix frisk li jkun qata’ mill-gnien tieghu.

Darba l-garr ta’ Mr Smith qallu li anqas joffri kemm joffri dak ir-ragel ma kien izommu fid-dar tieghu. “Qallu: “ Bil-presenza ta’ dak ir-ragel titlef vizitaturi ohra.”

Ghalkemm Mr Smith verament kien tilef xi vizitaturi, ma iddispjacih qatt anzi kien kuntent li ghamel dan ghax tghallem li ghandu jaccetta l-problemi minghajr ilmenti u waqt il-gid jizzik hajr lill-Mulej.

Kemm kellu ragun San Frangisk meta qal li ahjar tati milli tircievi.


Make a free website with Yola