jesusandmary

 

-ISTAGUNI TAL-HAJJA

Kien hemm ragel li kellu erbat ulied. Ried li wliedu jitgħallmu ma jiggudikawx l-affarijiet malajr u bla riflessjoni.

Ghalhekk baghathom ifittxu sigra tal-langas li kienet ‘l boghod hafna u meta jsibuha jharsu lejha u jinnottaw l-istat taghha.

L-ewwel iben mar fix-xitwa, it-tieni fir-rebbiegha, it-tielet fis-sajf, u l-izghjar iben fil-harifa.

Meta kollha marru u gew lura, sejhilhom flimkien u talabhom biex jiddeskrivu dak li kienu raw.

L-ewwel iben qal li s-sigra kienet kerha, mghawga, u mibruma.

It-tieni iben qal le - kienet miksija bi blanzuni hodor kollha jistennew li minnhom johrog il-frott.

It-tielet iben ma qabilx, qal li kienet mghobbija bi fjuri li bdew jarmu riha helwa; kienet hekk sabieha li thares lejha, kienet l-aktar ħaga grazzjuza li qatt ra.

L-ahhar iben ma qabilx maghhom kollha; qal li z-zkuk kienu mimlija frott misjur u bnin tajjeb biex tieklu.

Imbagħad il-missier spjega lil uliedu li kollha kienu rragunaw sew, ghax kull wiehed minnhom kien biss ra stagun wiehed fil-hajja tas-sigra.

Qalilhom li ma tistax tiggudika sigra, jew persuna, minn stagun wiehed biss; stenna l-istaguni kollha jghaddu biex quddiemek ikollok hajja kompleta. Il-pjacir, il-ferh, u l-imhabba li ġejjin minn dik il-hajja – jistghu jitkejlu biss fl-ahhar, meta jkunu ghaddew l-istadji kollha tal-hajja.


Jekk tieqaf meta tkun ix-xitwa, titlef il-weghda tar-rebbiegha tieghek, is-sbuhija tas-sajf tieghek, it-twettiq tal-harifa tieghek.

Tiggudikax hajja minn stagun wiehed difficli. Thallix l-ugigh ta’ stagun wiehed jeqred il-ferh tal-bqija kollha.


settembru 2024@

Make a free website with Yola