jesusandmary

 

SERVIZZ MILL-QALB

Ragel sinjur talab lil wiehed zaghzugh biex jizbogh lid-dghajsa li kien juza’ ghas-sajd. Waqt li kien qed jaghmel xoghlu, iz-zaghzugh induna li fil-buq tad-dghajsa kien hemm toqba ckejkna u rrangaha bil-kwiet. Meta lesta, is-sinjur hallas liz-zaghzugh u dan telaq lejn daru.

Xi jiem wara sid id-dghajsa habbat fuq il-bieb tad-dar ta’ dan iz-zaghzugh u tah cekk sostanzjali, ferm akbar mill-hlas li kien tah xi jiem qabel. “Diga hallastni,” qallu iz-zaghzugh.

“Dan mhux ghax xoghol li ghamilt izda ghax sewwejtli t-toqba fil-buq tad-dghajsa," wiegbu is-sinjur.

“Dak kien servizz zghir li ma jisthoqlux hlas hekk kbir,” qallu mill-gdid iz-zaghzugh.

“Tghid inti. Imma dak li ghamilt kien ifisser hafna. Halli nghidlek x’gara. Meta qabbatek taghmel ix-xoghol insejt nghidlek biex issewwili t-toqba. It-tfal tieghi hadu d-dghajsa biex imorru jistadu meta nixfet iz-zebgha. Ma kienux jafu bit-toqba u meta haduha ma kontx hemm. Tghidx kemm inkwetajt meta sirt naf. Ma stajt nikkuntattjahom b'xejn ghalkemm ippruvajt ghal bosta drabi u meta rajthom lura qawwija u shah hadt ir-ruh. Ezaminajt bir-reqqa ix-xoghol li ghamiltli u sibt li inti kont tal-kuxjenza bizzejjed li mhux taghmel ix-xoghol ta’ kafkaf izda ukoll sewwejtli l-hsara minghajr ma jien kont ghidtlek. Qed tinduna x’ghamilt bil-ghaqal tieghek.... salvajtli lit-tfal tieghi. Il-flus li ser nitolbok taccetta ma humiex bizzejjed biex inpatti ghall-att mahsub tieghek."

Dejjem zomm quddiem ghajnejk li s-servizz li tati lill-proxxmu tieghek ghandu ikun gej mill-qalb u mhux toffrih ta’ kafkaf. Dejjem aghti servizz bi tbissima.

Make a free website with Yola