jesusandmary

THALLIX ID-DENI JIRBHEK


Oprah Winfrey  hija wahda mill-aktar nisa sinjuri fid-dinja u fis-sena 2017 kienet tinsab fl-ewwel post fuq il-Lista Forbes bhala l-aktar mara sinjura gewwa l-Amerka.

Imma mhux minn dejjem kienet tghix f’dan il-lussu. Anzi hajjitha ma kienet wahda xejn pjacevoli u komda. Rat ma’ wiccha hafna tbatija.

Winfrey originarjament trabbiet ma’ nannitha gewwa Mississippi u meta kellha sitt snin baghtiha tghix ma’ ommha gewwa Wisconsin. Din ic-caqlieqa hawditilha hajjitha minn fuq sa isfel. Hassitha wahedha u abbandunata. U qabel ma setghet thossha li ntegrat mal-hajja gewwa Wisconsin, intbaghtet gewwa Tennessee tghix ma’ missierha. Ma damitx wisq ghaliex missierha baghatha lura ghand ommha.

Matul dan iz-zmien Winfrey ghaddiet minn tbatija kbira. Kienet abbuzata minn tal-familja. Nannitha kienet issawwatha bil-frosta, hekk li hallitilha marki fuq persunitha. Meta kellha biss 9 snin kugin taghha ta’ 19 il-sena abbuza biha; hekk ghamlu membri ohra tal-familja meta kellha l-eta ta’ bejn l-10 u l-14 il-sena. Biex tkompli zzid mal-problemi ta’ hajjitha harget tqila ta’ 14 il-sena u kkunsidrata li taghmel suwicidju. It-trabija twieled qabel iz-zmien u mietet fl-isptar.

Rat li tfaccat it-tieni opportunita f’hajjitha. Hija qabdet it-triq li tipprezenta shows u intervisti fuq it-TV. Irnexxiet fuq li rnexxiet u saret l-aktar mara influwenti fid-dinja tat-Televizjoni gewwa l-Amerka

Bhal Winfrey ahna jkollna mumenti ta’ diffikultajiet kbar. Inhossuna abbandunati, ma nafux fejn ser naghtu rasna. 

Imma qatt ersaqt lejn Gesu’ biex jispirak kif ghandek timxi? Qatt giek f’mohhok li tersaq lejn xi persuna ghaqlija biex turik t-triq?

Ftakar li l-hajja hemm mod kif mill-gdid tohloq lilek innifsek.


Make a free website with Yola