
ATTITDUNI POSITTIVA:
Ragel bil-ghaqal tieghu gemma kull sold li qala’ biex jibni dar ghall-familja tieghu.
Fl-ahhar temm il-bini tad-dar u hejja biex imur joqghod fiha. Izda mal-lejl terremot kissirlu kull tama li jmur jghix fiha. Meta tawh l-ahbar huwa mar is-suq u xtara l-helu.
Kull min kien jafu esprema id-dispjacir tieghu ghal li gralu.
Imma r-ragel hareg il-helu u beda’ jqassmu. Kull hadd baqa’ skantat u habib tieghu canfru u qallu: “Inti tlift mohhok? Id-dar tal-holma tieghek waqghet, dak kollu li gemmajt b’sagrficcju gheb u hawn inti kuntent tqassam il-helu.”
Il-povru ragel tbissem u wiegbu lura: “ Inti qed thares biss lejn in-naha negattiva. Ma intix tara n-naha posittiva. Hija fortuna ghalija li d-dar waqghet il-bierah. X’kien jigri li kieku mort nghix fiha jumejn ilu? Kienet tordom lili, il-marti u lil uliedi. Kemm kienet tkun akbar it-telfa? Dak kollu li sehh, gara ghall gid tieghi u tal-familja tieghi.”
Jekk ghal kull cirkustanza negattiva naqraw sitwazzjoni posittiva, allura ahna nkunu nistghu nsolvu l-problema b’mod kalmu u ahjar.
Dejjem izzikhajr lil Alla f’kull sitwazzjoni.