jesusandmary

 

IEQAF U STRIEH.


Ragel telaq lejn il-foresta bit-tama li jaqta’ sigra halli bl-injam taghha jkollu materjal bizzejjed ghal matul ix-xitwa.

Imma ftit kellu success ghaliex il-mannara kienet imxellfa. Ragel iehor li nzerta kien ghaddej minn dik it-triq rah gharqan u jileg. Staqsieh ghaliex kien qed jithabat dak it-tahbit kollu. L-iehor wiegbu li xtaq jaqta’ sigra ghal l-injam taghha, imma l-mannara kienet qed thabbtu.

Talbu biex jaraha u meta flieha sew qallu: “Kif trid taqa’ is-sigra jekk il-mannar hija imxellfa. Ghodda bhal din trid izzommha msinna. L-ahjar li tieqaf u tmur issinna.”

“Hela ta’ zmien.”

“Isma minni u tara kif tmur ahjar bla ma tbati aktar milli mehtieg.”

Fl-ahhar sema’ mill-vjaggatur. Waqaf, sinn il-mannara, u rega’ kompla fuq xoghlu. Induna kemm kellu ragun il-vjaggatur. Issa ix-xoghol kien ehfef, u aktar ta’ malajr.

Sa tmien il-jum mhux biss kien qata’ is-sigra, izda qattaghha b’bicciet zghar, ghabbidha fuq il-karrettun u saq lejn id-dar, kuntent li ghax-xitwa kellu injam bizzejjed ghall-htiega tieghu.

Li tkompli ghaddej bla ma tieqaf fil-hajja biex tistrieh, bil-hsieb li trekken u trekken, ser jiswielek ta’ deni.


Make a free website with Yola