jesusandmary

 

IL-HAJJA HIJA BHAL KIKKRA KAFE. 


Grupp ta’ hbieb kienu qeghdin go hanut tal-kafe, min jixrob te’ u min ha kafe’. Kelma ggib lil ohra u l-argument waqa’ fuq il-hajja. Il-konversazzjoni ccentrat fuq li l-hajja hija bhal kikkra kafe.

Wiehed minnhom qal: “Il-Hajja hija bhal kikkra kafe. Kollox jiddependi kif taghmel il-kafe.”

Iehor wiegbu: “ Iva, imma ma tistax tikkontrolla t-temperatura ta’ l-ilma jew il-kwalita’ ta’ l-imziewed tal-kafe.”

Imma ta’ hdejh irribatta: “Imma tista’ tikkontrolla l-ammont ta’ kafe li titfa’ fil-kikkra jew kemm taghmlu qawwi.”

Ragel anzjan li nzerta kien hdejhom jisma’ kollox ghogbu hafna l-argument, dar lejhom u qalilhom: “Jekk tippermettuli, il-hajja mhix bhal kikkra kafe, imma hija l-kikkra tal-kafe li torbot u tholl kollox. Il-kikkra hija r-recipjent li jzomm il-kafe, helu, morr, jahraq jew kiesah u tipprezentalek il-kafe kif inhu fiha. U bhal kikkra jehtieg li niffukaw fuq dak li hawn madwarna, fuq dak li ghandna u napprezzawh.”

Il-grupp ta’ hbieb siktu milli joqghodu jargumentaw u qaghdu jahsbu fuq kliem l-anzjan. 

Il-lezzjoni li ried jaghtihom kienet li bhal kikkra kafe li toffrilek dak li hemm fiha, hekk ukoll il-hajja tkun ta’ success jew nuqqas tieghu, ferh jew ta’ dwejjaq etc, skont ma naghmluha ahna.




Make a free website with Yola