jesusandmary

L-IMHABBA AWTENTIKA

Il-genituri ta’ John u Maria kienu ilhom mizzewwgin ghal 55 sena. Ghodwa wahda l-omm ta attakk tal-qalb u ghalkemm zewgha hadha l-isptar bil-karozza tieghu, b’girja  wahda minghajr rispett lejn is-sinjali tat-traffiku, martu lahqet mietet.

Waslu lura mill-funeral.

Dik il-lejla kien hemm arja ta’ niket fil-familja. Kemm xtaqu li ommhom kienet ghadha maghhom! Kemm ftakru f’dak li kienet tghidilhom!

Missierhom kien qed jisma’ kollox bis-sabar, meta f’daqqa wahda talabhom johduh ic-cimiterju. Minkejja li wliedu qalulu li dak ma kienx hin, ghax kienu l-hdax ta’ bil-lejl, ic-cimiterju kien ikun maghluq.

“Toqghodux targumentaw mieghi, targumentawx ma’ ragel li tilef lil martu wara 55 sena,” qalilhom b’vuci kemmx gholja.

Ghamlu kif talab. Marru c-cimiterju u resqu fuq il-qabar Hemm talab u qal lil uliedu: “ Wara 55 sena….Hadd ma jista’ jitkellem fuq imhabba vera jekk wiehed ma ghandux idea xi tfisser li taqsam hajtek ma’ mara.”

Waqaf u mesah id-dmugh, imbaghad kompla: “ F’kull krizi konna flimkien, kull meta bdilt ix-xoghol, araha tghini nippakkja, waqfet mieghi biex beghjna d-dar, frahna meta rajnikom tiehdu postkom fis-socjeta’, kbejna meta l-mewt laqtet lil xi hadd mill-famlja taghna, tlabna flimkien waqt il-ferh u anke waqt in-niket, hfirna lil xulxin meta zbaljajna. Uliedi, issa hallietna u ninsab ferhan, tafu ghaliex? Ghaliex hi telqet qabli. Kieku tlaqt qabilha jien, kienet tghaddi minn agunija u dwejjaq minhabba fija. Issa huwa jien li ser nghaddi minn dawn il-mumenti. Habbejtha hekk li ma xtaqtiex li tbati minhabba fija…”

“Immorru, issa kollox sew.”

Dik il-lejla fhimt x’jigifieri mhabba vera; hija boghod minn romanticizmu, imma pjuttost hija marbuta li wiehed jahdem, jikkumplimenta, li jiehu hsiebu kura, u fuq kollox ikun hemm impenn wiehed lejn l-ohra u l-ohra lejn l-iehor.


Make a free website with Yola