jesusandmary

 

IS-SUPPERV MA JIRRENJAX

Jum wiehed avukat maghruf sew, waqaf go villagg fi triqtu lejn post fejn seta’ jistrieh mit-tahbit ta’ kull jum fil-qorti. Kien tard filghaxija u ma riedx ikompli l-vjagg billi beza’ li seta’ jiltaqa’ ma’ xi hallelin matul il-lejl.

Ghalhekk talab u sab kenn go lukanda zghira fit-tarf tar-rahal ghal lejl. Sid dik il-lukanda gharfu u stmah mill-ahjar. Offriehlu kamra komda u nadifa u hejjilu cena tajba. Minkejja li l-lukandier ipprova jaqbad diskursata ma’ l-avukat, dan ma qalx kelma wahda u kiel fis-skiet. Wara tela’ fil-kamra jorqod.

Filghodu meta l-avukat qam sab quddiem kolazzjon abbundanti. Qabel telaq talab il-kont lill- lukandier; il-qaddejj ghen lil avukat jirkeb iz-ziemel u hekk kif kien sejjer il-lukandier staqsa lil avukat liema naha kien ser jigbed.

L-avukat wiegbu: “ Mhux affari tieghek liema naha. Hallastek kemm tlabtni?”

“Iva sinjur,” wiegbu l-lukandier.

“Ghandi xi dejn iehor mieghek?”

“Le sinjur.”

“Mela, allura nivvjagga liema naha irrid, fhimtni?”

U telaq. Imma ma lahaqx tbieghed aktar minn hames minuti mill-lukanda li quddiemu ma dehritx triq maqsuma fi tnejn. “Liema naha ghandi nigbed, lejn il-lemin jew ix-xellug?” staqsa lilu nnifsu.

Ma kien ebda sinjal ta’ direzzjoni li jghidlu liema naha kellu jiehu ghad-direzzjoni tieghu. Nies ma kienx hemm. Hares lura u ra lill-lukandier fil-bieb. 

Dawwar iz-ziemel u avvicinah. “Habib liema triq ghandi niehu li twassalni lejn Lynchburg?”

“Sur Avukat, inti hallast il-kont tieghek u ma ghandek taghtini xejn izjed. Ma iex affari tieghi. Hu t-triq li tghogbok. Sahha.” U dahal gewwa.

Povru avukat ghazel wahda, imma dik kienet il-hazina u sab ruhu go foresta flok f’Lynchburg.

Dak li jigrilu min ikun supperv, kulhadd iwarrbu.

Make a free website with Yola