
KIEKU INTI X'TAGHZEL LI TKUN?
Kienet ghadha tfajla meta Adele marret ghand ommha u fethet qalbha maghha biex turiha l-problemi li kienet qed tiffaccja fil-hajja. Qaltilha li kienet ghoddha qatghet qalbha tiggieled il-hajja u ma kienitx taf x’ser taqbad taghmel.
Ommha haditha fil-kcina u mliet tlett borom bl-ilma u poggiethom fuq in-nar u tefghet patata f’wahda, bajda, fit-tieni u xi ftit imziewed tal-kafe fl-ahhar wahda.
Wara ftit tfiet in-nar u nehhiet il-patata, il-bajda u l-imziewed tal-kafe u talbet lil bintha biex tosserva attentament.
Il-patata kienet irtabet u saret dghajfa, il-bajda li kienet fragli, issa ibbieset u l-imziewed tal-kafe biddlu l-ilma f’xarba tal-kafe l-aktar tfuh.
Ommha spjegatilha li kull oggett kellu jiffaccja l-istess avversarju – l-ilma jaghli, imma kull oggett irreagixxa differenti. Kull oggett ghadda minn trasformazzjoni, il-patata dahlet qawwija u soda imma fl-ilma jaghli saret dghajfa, il-bajda kienet fragli qabel messet l-ilma jaghli, issa saret iebsa minn gewwa u l-imziewed tal-kafe biddlu l-ilma jaghli f’xarba l-aktar delizzjuza.
Ommha qaltilha li ahna lkoll niffaccjaw problemi, imma minna jiddependi kif nirreagixu ghalihom. Quddiemhom nistghu insiru dghajfa, jew b’sahhitna jew nibdlu c-cirkustanzi f’xi haga posittiva.
Quddiemha Adele kellha ghazla- jew tkun patata, bajda jew mizwed tal-kafe.
Kieku inti x’taghzel li tkun?