
SUCCESS FIL-HAJJA.
L-attur Sylvester Stallone kien tant nieqes mill-flus li huwa spicca minghajr dar, jorqod fl-istazzjon tal-karozzi tal-linja u kien jithabat biex jiekol.
Sahansitra kellu jbiegh il-kelb tieghu ghal 25 dollaru biex ikollu xi haga tal-flus fil-but.
Jum wiehed Stallone kiteb script ghall-movie fejn il-rwol principali kellu jkun hu. L-iscript kien tant inghogob li l-istudios riedu jixtruh biex jahdmu f’film.
Kien offrut is-somma ta’ 125,000 dollaru, imma Stallone irrifjuta ghaliex ried ikun hu l-protagonista. Il-kumpaniji ma riedux ghaliex rawh bhala persuna mhux addatata. U ghalkemm ghollew l-offerta taghhom ghal 250,000 dollarru, huwa rrifjuta. Regghu ghollew l-offerta ghal 350,000 dollaru imma Stallone rrifjutaha jekk ma jkunx hu li jiehu sehem. L-istudio ried dak l-iscript, izda ma riedux jdahhlu attur li ma kienx maghruf ghax bezghu li jaghmlu telf mill-film.
Fl-ahhar l-istudio ceda’ ghat-talba ta’ Stallone wara li tawh somma ta’ flus baxxa.
Bil-fortuna titbissimlu, Stallone mar jixtri l-kelb tieghu lura, imma dak li xtrah ma riedx minkejja li offriehlu 1000 dollaru. Eventwalment ir-ragel accetta 15,000 ghall-kelb.
Stallone jurik r-rieda qawwija tieghu biex jasal ghall-hsieb tieghu. Kien lest li jaghmel dak li jehtieg biex il-holm tieghu isehh.
U ahna lesti li naghmlu dak kollu li hemm bzonn biex nimxu fuq ir-rieda ta’ Alla? Lesti li mmorru kontra x-xewqat taghna nnfusna biex inharsu x-xewqat aktar sublimi, ix-xewqa li dejjem naghmlu dak li jrid Alla??