
L-IZBALL TAL-LUKANDIER
Meta John Adams kien president u Thomas Jefferson kien vici president ta’ l-Amerka, ma kienux ghadhom waslu t-trejns. It-toroq kienu raffi u kollha tajn.
U ftit kienu n-nies li jmorru minn post ghal l-iehor, jekk mhux ghal xi bzonn.
Jum wiehed xi rgiel li kienu bilqieghda hdejn il-bieb ta’ lukanda gewwa Baltimore lemhu ragel gej fuq ziemel, miexi bil-mod, u miksi kollha tajn.
“Hawn hu, gej il-bidwi,” qal wiehed mill-irgiel. Ilkoll dahqu ghar-rimarka tieghu.
“Jidher li bata’ matul il-jum; halli naraw fejn ser isorgi ghall-lejl,” tenna iehor.
“O kull tip ta’ post jixraqlu,” wiegeb sid il-lukanda. “Jidher li huwa tip li jista’ jorqod anke fi stalla u jiekol maz-zwiemel.”
Il-vjaggatur wasal hdejhom. Kien ragel xaghru kannella hamranija u wiccu kollu tajn u kien jixbah li xi wiehed mill-kampanja gej mill-ghelieqi.
“Ghandek xi kamra ghalija?” staqsa lil sid il-lukanda.
Billi sid il-lukanda kien jippretendi li l-lukanda tieghu kien l-aqwa wahda fehem li ragel bhal dak kien barra minn loku qalb in-nies ta’ klassi.
“Le,” wiegbu, “kull kamra hija okkupata. L-uniku post battal li fadal hija l-matmura.”
“Grazzi, issa nara x’nista’ insib fil-lukanda ta’ hdejk.” U telaq.
Xi nofs siegha wara gie ragel pulit jistaqsi ghal Mr Jefferson.
“Irrid inkellem lil Mr. Jefferson, il-vici president ta’ l-Amerka”
“Ma hux hawn. Jew forsi irid jasal aktar tard,” wiegbu l-lukandier.
“Hawn irid ikun. Iltqajt mieghu nofs siegha ilu u qalli li ser ikun hawn.”
“Imma, ma hawn b’dak l-isem. L-uniku ragel li staqsa ghall-kamra kien wiehed gabillot. Qal li ser imur fil-lukanda ta’ hdejna.”
“Xaghru kienet kannella hamranija?”
“Iva.”
“Iz-ziemel tieghu kien griz?”
“Iva.”
“Statura tieghu kienet twila?!
“Ukoll.”
Dak kien Mr Jefferson, il-vici president ta’ l-Amerka.”
“Mr. Jefferson!” ghajjat il-lukandier. “ Ara Sally hejji cena l-aktar tajba u inti Tom ipprepara nar go l-isbah kamra.”
Libes malajr u telaq lejn il-lukanda ta’ hdejh biex igibu lura. Hemm sab lil Mr Jefferson jitkellem ma’xi hbieb.
“Mr Jefferson, l-ewwelnet irid niskuza ruhi ghal mod kif gibt ruhi mieghek. Id-dehra tieghek mimlija tajn ma stajx ngharaf sew minn tassew inti. Jekk tigi lura ghandi, ser issib l-aqwa akkoljenza. Johgbok tigi?”
“Le,” wiegbu Mr. Jefferson. “ Bidwi huwa bniedem daqs kull bniedem iehor u fejn ma hemmx kamra ghall-bidwi ma jistax ikun hemm kamra ghalija.”
Zomm quddiem ghajnejk li l-bniedem supperv dejjem jaqta figura kerha u ma jkun milqugh imkien.