jesusandmary

DAK LI TAGHMEL LIL HADDIEHOR XI DARBA JEW OHRA TIRCEVIH LURA



Il-bidwi kien jaghmel il-butir mill-halib u jbieghu. Darba fil-gimgha kien jitlaq fil-ghodu kmieni lejn is-suq, ghand wiehed tal-merca u jbieghu lilu u minghandu kien jixtri l-bzonnijiet l-ohra ta’ l-ikel ghall-familja tieghu bhalma kien zokkor, te, kafe,tqieq etc.

Bil-ghanjuna tal-mara tieghu l-bidwi kien jahdmu f’forma ta’ rolls u jara li kull wiehed jizen kilo.

Jum wiehed, wara li l-bidwi telaq, sid il-hanut tal-merca, waqt li kien qed ipoggihom fil-bank tal-friza biex il-prodott jibqa’ frisk, iddecieda li jizen kull roll tal-butir biex jara jekk kienx fih kilo. Huwa sab li kull bicca butir kienet tizen 900 gramma, flok kilo, 100 gramma inqas.

Il-gimgha ta’ wara l-bidwi gie biex jbiegh l-prodott lil tal-merca, imma lanqas lahaq dahal li sid il-hanut ma bdiex jghajjat mieghu b’mod li jisimghu kulhadd. “Itlaqli ‘l barra mill-hanut u tergax tigi hawn. Jiena ma naghmilx negozju ma’ min huwa disonest. Ma rridx nara wicc ta’ bniedem li jbiegh 900 gramma butir daqs li kieku l-prodott kien ta’ kilo.”

Il-bidwi ma nkwieta xejn u anqas thawwad quddiem dawk in-nies prezenti fil-hanut u qallu: “Habib la tirrabjax. Jiena bniedem fqir u ma ghandix flus x’nahli biex nixtri mizien gdid.”

“Ghalhekk kull darba li kont nixtri kilo zokkor minghandek , kont inpoggih fuq naha wahda tal-mizien li ghandi u fuq il-parti l-ohra kont inqieghed daqshekk iehor ammont ta’ butir.”

Ftakar li dak li taghmel lil haddiehor, jum wiehed jigi lura ghandek b’xi mod jew iehor, kemm jekk ikun haga tajba u kemm jekk ikun haga hazina.

Make a free website with Yola