
IC-CERV, L-QRUN U L-ILJUN
F’jum ta’ shana liema bhalu, cerv kien ghaddej minn gol-foresta. Billi hassu li kellu ghatx kbir hu waqaf fejn nixxiegha ta’ l-ilma li kienet fil-qrib biex jixrob. Wara li qata’ l-ghatx, fl-ilma car tan-nixxiegha ra il-figura tieghu nnifsu.
“X ’qrun sbieh ghandi! “esklama. “Qishom frieghi ta’ sigra weqfin. Riglejja pero’ ma jghidu xejn. Irqaq daqs bsaten u jkerrhuni.”
Xi thaxwix ta’ arbuxelli gieghluh jdur u mhux wisq boghod minnu lemah iljun li kien qed javvanza gmielu lejh.
Ma hasibhiex darbtejn. Telaq jigri b’sahha liema bhala u kabbar id-distanza bejnu u bejn l-iljun li ma kienx ser jaqta’ qalbu li jibqa jigri wara l-priza tieghu biex jaghmel ikla bnina minnu.
Imma f ’daqqa wahda, il-moghdija bdiet tidjieq, u l-qrun sbieh tieghu thabblu fil-frieghi tas-sigar. Inqabad qisu f’morsa li minnha ma setghax jahrab. L-iljun ma damx ma lahaq mieghu.
“X iblah kont!” qal lilu nnifsu fost il-biza li hakmu meta nduna li ser jispicca pranzu ghal l-iljun. “Riglejja, li tant kienu jidhru ta’ stmerrija ghalija, kienu ser isalvawli hajti, filwaqt li l-qrun, li l-gmiel taghhom imlieni bil-kburija, servew biss biex jeqirduni.”
L-iljun lahqu u f’kemm ili nghidlek hatfu taht snienu u qatlu.
Morali: Dan spiss jigri meta nizbaljaw il - valur tal - affarijiet; nafdaw f ’dak li ma jiswa' ghal xejn u nhallu fil - genb dak li hu utli.