jesusandmary

L-ASTROLOGU

 Bniedem li kien jghix zmien ilu, kien jemmen li kien kapaci jaqra l-futur billi jistudja il-kwiekeb u l-movimenti taghhom. Kien jghaddi bosta iljieli jhares u jinnota s-smewwiet. In-nies tar-rahal spiss kien jigu ghandu biex jaqralhom il-futur taghhom.

Lejla wahda kien ghaddej mit-triq tal-villagg fuq parti mill-istudju tieghu fuq il-kwiekeb u mitluf fi hsibijietu ma ndunax li kien riesaq lejn hofra kbira gmielha u fonda mimlija ilma u tajn. Oops! U waqa’ go fiha.

Hassu li kien qed jeghreq u ghalkemm sforza hafna biex jitla’ ma irnexxilux. Ghajjat ghal ghajnuna u n-nies malli semghuh marru jigru biex isalvawh.

Meta gibduh barra mill-hofra, wiehed minnhom qallu: “Tippretendi li taqra l-futur u madanakollu ma rnexxilek  tara ftit ‘l boghod minn riglejk. Tghallem, li ghandek tara x’ghandek quddiemek u halli l-futur jiehu hsieb tieghu nnifsu.”

Iehor qallu: “X’jiswa’li taqra l-istillel meta ma intix kapaci tara dak li hu sew fuq din l-art?”

Morali: Il-futur qatt hadd ma rah, ghalkemm nixtiequh li jkun ta’ ferh u kuntentizza. Il-prezent huwa tieghek u mhux ghada. Ghaldaqstant sib bilanc bejn il-hajja tieghek fil-prezent filwaqt li tahdem u tistinka biex ghada jkun ahjar.

Make a free website with Yola