jesusandmary

STUDJA LILEK INNIFSEK


Zaghzugh mar ifittex parir minghand bniedem ghaqli kif jista’ jipprogressa fil-hajja tieghu ta’ kuljum.

L-anzjan tah karta u qallu biex jghaddi gimgha josserva lilu nnifsu u jikteb dak kollu li jhoss li fih kien tajjeb, hazin jew indifferenti.

Meta z-zaghzugh spicca dak li qallu jaghmel ix-xih, mar u kkonsenjalu l-lista.

L-anzjan tah bicca xoghol ohra fejn qallu biex ghal gimgha ohra shiha jikteb dak kollu li jara tajjeb, hazin jew indifferenti fil-proxxmu tieghu.

Meta z-zaghzugh tah it-tieni lista, l-anzjan qabbel iz-zewg listi u wrieh li l-istess hwejjeg li nkwetawh fl-ohrajn kienu l-istess hwejjeg li osserva fih innifsu.

L-anzjan heggeg liz-zaghzugh biex jistudja lilu nnifsu aktar u jsir konxju tal-htigijiet li jirrigwardjaw lilu. Imbaghad jimxi pass ‘l quddiem u jaghmel hiltu biex jikkoregihom. Kif xtaq hu jipprogressa u jara success f’hajtu.

Wiehed jitghallem li meta jiehu aktar zmien biex jirrifletti fuqu nnifsu jirrizulta li jara d-difetti tieghu u jahdem biex jeleminhom u jikber u jimmatura aktar personalment.


Make a free website with Yola