
TAQA’ QALBEK QATT.
Ragel imdahhal fiz-zmien kien ta’ kuljum fi triq principali tal-belt, iqassam karti b’siltiet ta’ vangelu lin-nies li kien jghaddu minn dik it-triq biex imorru ghal xoghlhom.
U dam jaghmel hekk ghal 40 sena, erbghin sena li fi shana jew bard, xemx jew xita, kien kollu kuragg jaghmel din il-missjoni.
Imma issa wara erbghin sena qata’ qalbu, mhux ghax xjieh jew marritlu sahhtu, izda ghaliex qatt ma ra rizultat ta’ xejn. Iddecieda li jirtira minn dik il-missjoni.
U ma marx izjed. Wara xi sena rega’ mar fl-istess triq biex jara t-tluq tieghu jekk kienx inhass. U jara daqsxejn ta’ guvnott iqassam il-karti bhalma ma kien jaghmel hu. Staqsieh: “ Kif sibt ruhek hawn?”
Wiegbu z-zaghzugh: “ Nghidlek il-verita’ ftit taz-zmien ilu kien hawn ragel iqassam fuljetti bil-kliem tal-vangelu. Kien jaghmlu kuljum. Izda minn xi zmien ‘l hawn ma rajtux aktar. U ddecidejt li niehu postu qabel nidhol ghax-xoghol.”
“U ghaliex?” staqsieh l-anzjan kollu kurzita’.
“Ghax hassejtni li rrid inkompli fejn halla hu.Ma nafx jekk mietx jew dahal f’xi dar ta’ l-anzjani. Obbligat hafna lejh, ghax bil-karti li kien iqassam ta’ kuljum jien ikkonvertejt, abbandunajt il-hajja hazina li fih kont nghix f’dawk iz-zminijiet u dort mill- gdid lejn Alla.”
U dak ir-ragel li ghal 40 sena shah kien jaghmel dik il-missjoni haseb li kien qed jaghzaq fl-ilma.
Ejjew naghmlu kuragg u nahdmu biex is-saltna ta’ Kristu tikber b’kull ghemil, zghir kemmu zghir u ma naqtghu qatt qalbna. Ahna nahdmu, naghmlu l-parti taghna, il-bqija nhallu f’idejn Alla. Inhallu lil Alla jahsad il-frott Hu.