TRID TIFSIRA GHALL-HAJJA ? DUR LEJN ALLA
Alla qatt ma jaqta’ qalbu, dejjem lest li jaccettana u jaghti tifsira u tama lil hajjitna, tkun kemm tkun tidher is-sitwazzjoni taghna minghajr tama u minkejja li l-merti taghna jistghu jidhru insinifikanti.
Dan kien kliem il-Papa Ljun XIV waqt l-Udjenza Generali ta’ l-Erbgha fil-Vatikan hekk kif kompla s-serje ta’ katekezi fuq Gesu’ Kristu, it-Tama Taghna ghas-Sena Gubilari.
Il-Papa jkompli juri l-hniena ta’ Alla meta jsemmi l-parabbola ta’ San Mattew li fiha sid il-ghalqa jaghti l-istess paga lill-haddiema tal-hdax il-siegha bhal ma kien ta lill-haddiema li hadmu fil-ghalqa mill-bidu tal-jum.
Sid-il-ghalqa ma kienx ingust, izda semplicement generuz. Ma harisx biss lejn il-merti, hares ukoll lejn il-htiega.
Dak li jaghmel Gesu’ maghna. Min jiftah qalbu berah ghalih, Gesu’ jaghti lilu nnifsu kollu kemm hu lilu, jkompli jghallem il-Papa Ljun.
Xi whud jistghu jahsbu :” Ghaliex ghandna nibdew nahdmu minn issa? Jekk il-premju hu l-istess, ghaliex nahdmu aktar?”
U hawn Ljun XIV iwiegeb fuq osservazzjoni ta’ Santu Wistin: “ Ghaliex allura nipprokrastinaw li nimxu wara dak li jsejhilna, meta ahna zguri minn premju, imma ncerti mill-jum? Kunu attenti li ma tnaqqsux lilkom infuskom min dak li joffrilkom skont il-weghda tieghu, minhabba d-dewmien taghkom.”
Il-Papa Ljun XVI jheggeg lil kullhadd, mod specjali liz-zaghzagh biex jirrispondu b’entuzjazmu lill-Mulej li jsejhilna biex nahdmu fil-ghalqa tieghu. Thallux ghal darb’ohra, xammru l-kmiem ghax il-Mulej huwa generuz u ma jiddispjacikomx.
Jekk tassew tittama fil-Mulej, kliem il-Papa Ljun XVI ghandu jkun is-soluzzjoni biex issib tifsira ghal hajtek, anke meta jigu fuqna mumenti ta’ dalma, li ma jaghtuniex twegibiet li nkunu qed infixxtu.
Gesu’ jigi zgur u nberkin ahna jekk isibna nistennewh.
Imberkin ahna li stennejnih bla ma qtajna qalbna.