BIEX NERSAQ EQREB LEJN GESU’ MATUL IS-SENA MQADDSA 2024
Ix-xahar ta’ Dicembru 2024 huwa pjuttost specjali aktar minn xhur ohra. Ghaliex fih, barra li niccelebraw it-Twelid ta’ Kristu, lejlet din il-festa kbira, 24 ta’ Dicembru, ser tiftah is-Sena Gubilari jew is-Sena Mqaddsa 2025.
Kif tenna Papa Frangisku is-Sena Mqaddsa 2025 ghandha ghalina jkollha tifsira ta' “Pelleggrini ta’ Tama.”
Kif tispjega l-knisja, din is-sena ghandha tkun zmien ta’ rikonciljazzjoni ma’ Alla u ma’ hutna l-bnedmin u pass qaddis biex nikbru fil-qdusija.
Postna mhux hawn fuq l-art; hawn nghaddu ftit taz-zmien ghax wara hemm premju etern jistenniena.
Dan il-premju wiehed irid jahdem ghalih. U din is-sena hija opportunita’ biex kull wiehed u wahda minna jaghmel dan.
Mela x’nistghu naghmlu?
Attendi pellegrinagg fejn huwa ndikat gewwa Malta mill-Awtorita’ tal-Knisja biex tirbah il-gid spiritwali ta’ matul is-Sena Mqaddsa.
Aqsam l-Ahbar it-Tajba tal-Hniena ta’ Alla permezz ta’ kliemek u ghemejjel tajbin.
Iccelebra l-Hadd tal-Hniena Divina fil-parrocca tieghek, billi tircievi t-Tqarbin fl-istat tal-grazzja sabiex tersaq aktar lejn il-Qalb Helwa kollha Moghdrija u Mhabba ta’ Gesu’
Poggi l-Immaġni tal-Hniena Divina f’post prominenti fid-dar tieghek u aghtiha qima kuljum.
Aħfer lil dawk li wegghuk jew ghamlulek xi ngurja.
Ersaq lejn is-sagrament tal-Qrar regolarment - kull gimgha, imma thallix jghaddu aktar minn hmistax
Aqra u mmedita fuq l-Iskrittura Mqaddsa, specjalment l-Evangelju.
Ipprova aghmel att ta’ hniena kuljum.
Itlob il-Kurunella tal-Hniena Divina kuljum, billi titlob hniena “fuqna, u fuq id-dinja kollha”.
Haga tajba li titlob bil-Via Sagra kull nhar ta’ Gimgha
Aqra l-Hniena Divina f’Ruħi — Djarju ta’ Santa Marija Faustina Kowalska. Fuq l-internet issibu zgur.
https://djarjutasantafawstina.wordpress.com/djarju-shih/
Iddeciedi li taqra hajjiet tal-qaddisin li ghallmu u ppredkaw il-Hniena ta’ Alla. Ezempji: San Gwann Marija Vianney, Santa Fawstina, San Pio minn Pietralcina, San Gwann Pawlu II, Papa, messaggier tal-Hniena Divina, u tant ohrajn.