jesusandmary

IT-TALB U T-TAMA

 

ZID IT-TAMA F'HAJTEK BILLI TITLOB KULJUM

 

Aktar ma nitolbu, aktar inkunu kapaci nittamaw, nafdaw f'Alla u l-pjan misterjuz tieghu ghall-hajja taghna.

Imma kultant  b’dak li naraw madwarna, il-mewt u l-qerda, nibdew nitilfu kull tama fid-dinja u anke fina nfusna.

Mod wiehed kif nistghu nzidu aktar tama f'hajjitna huwa semplicement li nitolbu.

Dan jista’ jinstema' semplici wisq, izda bhal f'hafna affarijiet fil-hajja, kultant l-aktar affarijiet semplici huma dawk li jipprovdi soluzzjoni.

It-Talb

Il-Papa Benedittu XVI jispjega din l-idea fl-enciklika tieghu Spe Salvi, u jenfasizza r-rabta bejn it-talb u t-tama:

L-ewwel ambjent essenzjali ghat-tama huwa t-talb. Meta hadd ma jismaghni aktar, Alla ghadu jismaghni. Meta ma nista' nibqa' nitkellem ma' hadd jew insejjah lil xi hadd, dejjem nista' nitkellem ma' Alla. Meta ma jkunx ghad hemm hadd li jghinni, nittratta htiega jew aspettattiva li tmur lil hinn mill-kapacità umana ghat-tama, Alla jista' jghinni. Meta dhalt f'solitudni shiha ...; jekk nitlob  qatt ma nkun totalment wahdi.

Imbaghad jindika l-ezempju tal-Kardinal Nguyen Van Thuan bhala xempju ta' tama:

Il-mibki Kardinal Nguyen Van Thuan, prigunier ghal tlettax-il sena, disgha minnhom  f'izolament, hallielna ktieb zghir prezzjuz: Talb ta' Tama. Matul tlettax-il sena habs, f'sitwazzjoni ta' nuqqas ta' tama  ghal kollox, il-fatt li seta' jisma' u jkellem lil Alla sar ghalih qawwa dejjem tikber ta' tama, li ppermettietlu, wara l-helsien tieghu, isir ghan-nies madwar id-dinja kollha xhieda tat-tama — ghal dik it-tama kbira li ma tonqosx lanqas fl-iljieli tas-solitudni.

Li jkollok tama soda minghajr Alla huwa impossibbli. Ghandna bzonn l-imhabba u l-hniena ta' Alla f'hajjitna sabiex nittamaw, nafdaw li hemm pjan ghal hajjitna.

Anke fl-aktar sitwazzjonijiet iddisprati, aktar ma nitolbu, aktar inkunu kapaci nzidu t-tama f'qalbna.



Make a free website with Yola