IT-TAMA TAGHNA SKONT L-ISKRITTURA
It-tama f'Alla hija kuncett profond li jinkludi kemm l-istennija kif ukoll ic-certezza.
Definizzjoni Bibblika: It-tama mhix semplicement xewqa; hija aspettattiva b'certezza li Alla se jwettaq il-weghdiet Tieghu
XI TGHID L-ISKRITTURA?
Alla ma jghidlekx biex tifhem, izda biex tpoggi t-tama tieghek FIH.
5 Ittama fil-Mulej b’qalbek kollha,
u tafdax fl-ghaqal tieghek.
6 Fih ahseb f’kulma taghmel,
u hu jwittilek triqatek.
Proverbji kap 3
Jekk inti imhasseb dwar dan, dak huwa sinjal li jehtieglek li titlob
6 Thabbtu raskom b’xejn. Fit-talb kollu taghkom itolbu u uru lil Alla xi jkollkom bzonn, u izzuh hajr. 7 U s-sliem ta’ Alla, sliem li jghaddi kulma l-mohh jista’ jifhem, izommilkom qalbkom u mohhkom shah fi Kristu Gesù.
Ittra ta’ San Pawl lil Filippini
Anke jekk kulhadd jabbandunak Alla ma jhallik qatt.
5 Tkunux moghtija ghar-reghba tal-flus; kunu kuntenti b’dak li ghandkom, ghax Alla stess qal: “Jien m’iniex se nhallik, anqas nitilqek.”
Ittra lil Lhud kap 13
Il-hin ta’ Alla li fih jisimghek huwa ahjar mill-hin li inti trid li Alla jisimghek.
8 “Il-fehmiet tieghi mhumiex fehmietkom,
u t-triqat tieghi mhumiex triqatkom,
oraklu tal-Mulej.
9 Ghax daqs kemm huma oghla s-smewwiet mill-art,
daqshekk iehor huma triqati ’l fuq minn triqatkom,
u l-fehmiet tieghi mill-fehmiet taghkom.
Izaija Kap 55
Alla jaf x’inhu l-ahjar ghalik. Afda Fih.
11 Jien naf il-pjanijiet li hsibt ghalikom, oraklu tal-Mulej, pjanijiet ta’ gid u mhux ta’ hsara, li naghtikom gejjieni mimli tama.
Geremija Kap 29