IT-TAMA TAGHNA TISSEJJAH GESU'
Huwa qam ghalina u mhux se jhallina nieqsa minn xejn!
Din hija t-tislima tal-Papa Frangisku lid-diversi gruppi ta’ pajjizi differenti fi tmiem l-udjenza generali tat-12 ta' April.
Il-Papa offra diversi veritajiet biex nikkontemplaw u nirrepetu u nitolbu matul il-gurnata, bhal, Gesù hareg mill-qabar ghalija, jew mieghu l-hazen m'ghandux aktar qawwa.
"Il-paci tal-Mulej tkun maghkom ilkoll." Mill-qabar fejn kienu difnuh, Kristu Gesù hareg ghalina, biex igib il-hajja fejn kien hemm il-mewt. Huwa qam ghalina u mhux se jhallina nieqsa minn xejn: Billi nistriehu fuq din ic-certezza nkunu nistghu neghlbu d-diffikultajiet kollha.
It-tama taghna tissejjah Gesù. Huwa dahal gewwa l-qabar tad-dnub taghna u mill-fond mudlam tal-mewt taghna, Huwa qajjimna ghall-hajja. Huwa haj u mieghu l-hazen m'ghandux aktar qawwa, il-falliment ma jistax izommna milli nibdew mill-gdid, u t-transizzjoni mid-dnub ghall-grazzja ta' Alla hija bidu ta' hajja gdida.
Jalla d-dawl tal-qawmien tieghu jiggwidana biex inwettqu ahjar u ahjar it-transizzjoni mid-dnub ghall-hajja vera biex inkunu nistghu nxandru bil-ferh lid-dinja li Kristu gheleb il-mewt u l-hazen.
Bil-qawwa li jaghtina Kristu Rxoxt, u filwaqt li nzommu f'mohhna l-esperjenza ta' San Pawl, ejjew nohorgu nhabbru lil kulhadd l-Bxara t-Tajba, li taghtina l-ferh u l-paci. B’hekk it-tama li bih nghixu, ahna nizirghuha u nxettluha f’dawk ta’ madwarna.