jesusandmary


L-ATLETI  LI  GARREW  LIL  ALLA  MAGHHOM FL-OLIMPJADI  TA’ TOKYO

Xiehda ta’ fidi mhux tas-soltu ta’ atleti li hadu sehem fl-olimpiadi ta’ Tokyo2021, li flimkien max-xewqa taghhom li jirbhu xi medalja, garrew lil Kristu maghhom.

Fost dawn ix-xhud awtentici ta’ Kristu nsibu l-atleti amerikani kattolici li jhossuhom debituri lejn Alla u li f’hajjithom igorru l-fidi minghajr ebda biza’.

Hawn huma xi stejjer:
Kull atleta fil-valigja tieghu jgorr il-ferh u tamiet, imma fuq kollox it-talb. Dawn l-amerikani kattolici iddikjaraw apertament li huma jemmnu u jhossu l-presenza ta’Alla ma’ gembhom, anke waqt il-loghob.
Dan huwa dak li rrakontaw:

Molly Seide hija atleta li ddebuttat fil-maratona. Wara li  ipprattikat tant sport, l-ghazla taghha waqghet fuq l-atletika. L-coach taghha waqt intervista stqarr fuq il-virtu taghha sija morali, imma fuq kollox l-umilta’ taghha u fuq il-fidi. “Dejjem xtaqt inkun bhal Molly. Qatt ma bezghet jew staht mill-fidi taghha. Iz-zaghzugha ,infatti qabel il-partecipazzjoni taghha dejjem ingabret fil-presenza ta’ Alla: raddet is-salib u lejh dawret il-hsieb taghha.”

Sydney McLaughlin, hija atleta tal-girja ta’ l-ostakli ta’ l-400 metru  u tghid li l-fidi ghaliha hija bhal mutur, l-imbuttatura waqt il-partecipazzjoni: “Nahseb li l-akbar differenza din is-sena hija l-fidi tieghi, il-fiducja tieghi f’Alla  u li naf li Huwa jikkontrolla kollox. Sakemm niddedika ruhi għal xoghol iebes, Hu jghinni neghleb kull ostaklu. U f'dan il-punt ma nista’ naghmel xejn hlief naghtih glorja "- qalet f'intervista. Alla dejjem kellu rwol importanti f’hajjitha, kemm tal-bniedem kif ukoll tal-isport”

Simone Biles, hafna drabi ddikjarat li hija iggor maghha fil-borsa l-kuruna tar-Ruzarju, rigal li rceviet minghand nannitha u li spiss tirrecitah. U stqarret li tippartecipa fil-Quddies kull nhar ta’ Hadd flimkien mal-genituri taghha.

Skylar Diggins-Smith, hija plejer fit-tim tal-basketball femminili.  Fl-ewwel Olimpjadi taghha, hafna drabi tiftakar, u iggorr maghha l-edukazzjoni Kattolika li rċeviet fi zmien l-Università, fejn dejjem kienet tattendi l-Quddiesa.

Grace McCallum hija ginnasta li ghazlet lil Santa Filomena bhala l-patruna taghha fil-jum tal-Grizma taghha . Fil-11 ta’ Awwissu, il-festa tal-Qaddisa, hija rebhet il-bronz waqt kompetizzjoni:" Kien inkredibbli kemm ġew nies u qalu li kienu qed jitolbu ghaliha "- ikkummentat omm iz-zaghzugha. “ Naf li Alla tani dan it-talent. Għandi bzonn nuza dan it-talent u ma nahlix ” - l-atleta dejjem qalet.

Katie Ledecky hija ghawwiema li qatt ma staht tiddikjara il-fidi taghha, tant li qabel kull partecipazzjoni kienet tieqaf  u titlob lil Marija: “ L-Ave Marija hija talba sabieha u tghinni nirrilassa”, hija qalet, “Huwa importanti ghalija li nsib hin biex naghmel spazju ghal Alla u nerfa’ hsiebi Lejh. Il-fidi tieghi kattolika hija mportanti hafna ghalija. Dejjem hekk kienet u hekk tibqa’. Taghmel parti minn dak li jien u nhossni komda nipprattikha. Tghinni npoggi l-affarijiet fil-perspettiva taghhom.”

Dawn huma atleti li  jharsu lejn il-fidi kattolika taghhom bhala sieheb waqt il-vjagg, u bhala tim ukoll.


Make a free website with Yola