jesusandmary

FEJN TWASSAL IL-FIDI

Post ricenti fuq il-Facebook ta’ l-Arcidjocesi ta’ Sydney turi sa fejn twassal lil xi whud il-fidi kattolika.

Fil-video, l-arcidjocesi tispjega li kien hemm ‘l fuq minn 100 ragel migbura barra l-katidral ta’ Santa Marija gewwa Sydney jitolbu r-Ruzarju ghal kwazi siegha. Filwaqt li din hija haga ammirabbli li wiehed ikun xiehda taghha, kienet aktar timpressjona meta wiehed jikkunsidra li dan ir-Ruzarju intalab f’kundizzjonijiet hziena ta’ temp. 

Il-magguranza ta’ l-irgiel kienu gharkubtejhom, libsin ilbies kontra x-xita u jzommu ukoll l-umbrella. Ma dehrux imfixkla bix-xita qliel li kienet niezla u minkejja l-hsejjes ta’ l-ilmijiet, id-devozzjoni profonda taghhom zgur li gibdet l-attenzjoni ta’ Marija Vergni.

Il-Krucjata  Maskili tar-Ruzarju tiltaqa’ kull l-ewwel Sibt tax-xahar biex jitolbu t-talba tar-Ruzarju ghall-htigijiet tal-Familji taghhom. U interessanti l-fatt li ghalkemm kienu jafu li ser jixxarbu ghasra, kienu aktar minn mija li ltaqaghu quddiem il-katidral.

Kull min ra il-filmat fuq Facebook, apprezza l-isforz taghhom. Jennifer Pierno wahda minn dawk li segwiet il-video fuq Facebook kellha dan xi tghid: “Rajthom. Kienet niezla x-xita u baqghu hemm imwahhla biex jaqdu l-missjoni taghhom. Irgiel tassew ta’ min jammirhom. Grazzi. Intom ispirazzjoni ghal socjeta li ma tispirak ghal xejn.”

Il-filmat rawh ‘l fuq minn miljun ruh madwar id-dinja.

F’artiklu ta’ Debbie Cramsie ghal Catholic Weekly, id-Direttur tac-Centru ghal l-Evangelizazzjoni ta’ l-Arcidjocesi Daniel Ang kellu dawn il-kummenti:
“Alla huwa tassew prezenti f’hajjitna u fil-belt taghna. Xi whud jistgħu joqoghdu lura għal xena bħal din, imma r-risposta  li tqajjem xena bhal din titkellem dwar il-qawwa tax-xhieda Kristjana.” Zied jghid, “li naraw irgiel jfasslu hajjithom b’dak li jghozzu. Din ix-xiehda tqanqal il-mistoqsija dwar it-twemmin taghna u l-iskop ta’ hajjitna.” 

Cramsie ikompli jispjega li l-Krucjata tar-Ruzarju ta’ kull xahar saret grazzi għal moviment internazzjonali, li jara rgiel jingabru kull xahar biex jitolbu lil Marija l-protezzjoni ghall-familji tagħhom.

Interessanti, Ivica Kovac, l-Ufficjal tal-Hajja, Zwieg u Familja għall-Arcidjocesi ta’ Sydney, rrimarkat li l-irgiel hafna drabi joqoghdu lura milli jippartecipaw  f’wirjiet pubblici bħal dawn tal-fidi taghhom, skont Cramsie. Madankollu, il-fatt li l-filmat minn dakinhar sar virali jidher xi ftit ta’ barka, peress li jfisser li l-isforzi taghhom se jidhru madwar id-dinja u jistgħu jispiraw irgiel oħra biex jirecitaw it-talba tar-Ruzarju.

“Irġiel ta’ fidi jhobbu jaqsmu l-ahbar it-tajba’ ma’ haddiehor u juru li jitolbu izda hafna drabi tonqoshom il-hegga, ghalhekk il-Krucjata tar-Ruzarju tal-Irgiel qed tipprovdilhom triq biex jistqarru l-fidi taghhom bl-aktar mod pubbliku u mħabba, billi jitolbu għall-maħbubin tagħna, il-komunità, il-pajjiż u l-knisja huma x’inhuma l-kundizzjonijiet,” jispjega Kovac.

Make a free website with Yola