jesusandmary

GINO PISTONI U L-AHHAR KELMIET TIEGHU

X‘kienu l-ahhar kelmiet ta’ dan il-qaddej ta’ Alla, Gino Pistoni waqt il-gwerra?

Din hija l-grajja ta’ dan il-partiggjan kattoliku minn Ivrea, Italja li miet fis-sena 1944 fl-eta’ ta’ 20 sena waqt li kien qed jghin suldat ferut, ghadu tieghu.

Gino kellu hajja normali. Studja fil-Kullegg San Giuseppe gewwa Turin imexxija minn ghalliema kattolici. Meta temm l-istudji tieghu huwa lahaq accountant.

Huwa kien ihobb hafna il-futboll, il-basketball, skiing u tixbit mal-muntanji. Huwa dahal membru ta’ l-Azzjoni kattolika li l-motto taghha “Talb, Azzjoni u Sagrificcju” Gino ghamlu tieghu u fuqu mexa’.

Aktar tard huwa sar animatur tac-centri taz-zaghzagh. Gie fdat ukoll bis-segretarjat tac-centru djocesan, f’kuntatt mill-qrib ma’ l-assistant djocesan u t-tim manigerjali, li taht ghajnejhom kien evidenti li Gino Pistoni kien miexi fit-triq ta’ qdusija profonda .

It-talba preferita tieghu kienet: “ Noffri hajti, noffri lili nnifsi, dak li jiena, dak li sirt u dak li ghadni qed insir  fit-tghannieqa ta’ imhabba ta’ Alla.”

Fis-sena 1944 gie imsejjah fis-servizz militari. Dan kien ghalih opportunita’ biex ixerred l-evangelju. Ta’ kull filghaxija huwa kien jigbor lil shabu fid-dormitorju u flimkien jirrecitaw ir-Ruzarju.

Ftit wara ddecieda li jmur fuq il-muntanji  biex jinghaqad mal-partiggjani, imma minghajr ma jiehu mieghu l-ixkubetta.

Fil-5 ta’ Lujlu tas-sena 1944, waqt attakk mill-Germanizi fuq il-muntanji Trovinasse, shabu kollha harbu u hu baqa’ minghajr ebda difiza biex jghin suldati ferut tedesk.

Huwa ntlaqghat minn xrapnel ta’ balla li qatghetlu l-arterja principali femorali. Svina ghall-mewt minghajr ebda tama ta’ ghajuna. Kellu hin bizzejjed biex jikteb b’swaba mxarrba bid-demm fuq id-drapp tal-haversack:

““Noffri hajti għall-Azzjoni Kattolika u ghall-Italja, Viva Kristu Re.”

Hdejh il-gisem tieghu bla hajja, imtebba’ bid-demm, instab l-Ufficcju Zghir ta’ l-Imqaddsa Vergni Marija.

QADDEJ TA’ ALLA GINO PISTONI, ITLOB GHALINA






Make a free website with Yola