TIBZGHAX TURI L-VALURI TIEGHEK TA’ NISRANI.
Kien is-Sibt, jum normali ta’ xoghol ghal Thiago Rodrigues dos Santos, ta’ 34 sena, li jahdem bhala sewwieq mal-kumpannija Uber. Fost il-vjaggi li ghamel dak il-jum, kien hemm vjagg partikulari li fih ha lil wiehed anzjan ghand mechanic gewwa Praia Grande, fuq il-kosta tan- naha ta’ isfel ta’ Sao Paulo (Brazil).
Meta wasal biex jigbor passiggier iehor induna li r-ragel kien halla warajh borsa fuq is-seat ta’ wara. Thiago ma hasibix darbtejn: mar lura lejn il-post fejn kien nizel ir-ragel (il-hanut tal-mehanic) imma l-post kien diga’ maghluq.
Is-sewwieq fetah il-basket bit-tama li jsib xi informazzjoni fejn jista’ jaghmel kuntatt mar-ragel biex iroddlu lura l-basket, imma b’sorpriza sab balla flus. “Jiena allura issa, kont aktar anzjuz li nirritorna dan il-basket lil sidu ghax stajt nimmagina kemm kien inkwetat.”
Thiago ddecieda li jmur lura minn fejn kien gabar lir-ragel. U dan il-pjan hadem. Hemm ir-ragel u martu kienu nkwetati ghal ahhar ghaliex hasbu li tilfu flushom (4,000 reais braziljani), l-eqwivalenti ta’ nofs salarju ta’ xahar fil-Brazil.
Id-dwejjaq taghhom malajr imbidel f’ferh li ma jitfissirx.
Il-flus li tant hadmu ghalihom b’sagrificcju kienu lesti biex ihallsu l-ispejjez biex tkun rrangata il-van li kienu juzaw biex ibieghu l-juice fil-fiera. Minghajrha l-ghexien taghhom kien ikun fil-periklu.
Il-mara ma kienitx taf kif ser tirringrazzja lis-sewwieq ghall-onesta’ tieghu u barra li rringrazzjat lil Thiago ghal l-onesta’ tieghu, heggitu biex ikompli jghix fit-triq ta’ l-onesta’, u weghidtu li titlob hafna ghalih. Fuq kollox irringrazzjat lill-Madonna ta’ l-Aparacida li tant hemm devozzjoni lejha fil-Brazil.
Thiago qalilhom: “Il-ferh li nhoss ghax inkun ghamilt it-tajjeb u li nqieghed fil-prattika dak li ghallmuni l-genituri tieghi u l-Knisja jghinuni biex nibqa’ nikkultiva valuri li maghhom ma niccajtax.”