GHALIEX HEMM ZRING TAL-IRHAM FIL-FONTI TA’ L-ILMA MBIEREK?
Fil-Bazilika ta’ San Pawl f’Narbonne, Franza, zring fil-fonti tal-ilma imbierek jilqa’ lill-parruccani u lill-vizitaturi hekk kifdawn jirfsu t-tempju mqaddes. Ghaliex?
Dwar dan il-fatt hemm diversi leggendi msejsa fuq mirakli.
Zring tal-ghageb huwa minqux fl-irham tal- fonti ta’ l-ilma imbierek fil-Bazilika ta’ San Pawl f’Narbonne, Franza . Ilu hemm minn zmien ir-Rinaxximent. Imma x’kienet ir-raguni li zring sab ruhu fil-fonti?
Hemm hafna stejjer dwar iz-zring, li jvarjaw skont min qed jghidhom, kif spiss ikun il-kaz meta hemm affarijiet mhux tas-soltu. Imma z-zring tal-irham huwa reali hafna, f’din il-knisja mibnija fis-sekli 12 u 13.
L-eqdem leggenda
L-eqdem tradizzjoni tirrakonta li San Pawl Sergju, li gie mill-Asja Minuri fis-seklu 3, iddecieda li jevangelizza lis-sajjieda tal-Lac de Bages. Is-sajjieda izzuffjettaw bih, keccewh, u ordnawlu juza blokka tal-gebel bhala dghajsa biex jitlaq u jhallihom.
L-ewwel miraklu: il-gebla ma gherqietx izda telghet f'wicc l-ilma. Il-missjunarju ma kellux idea ta’ kif imexxi dghajsa, u wisq inqas wahda tal-gebel! Imma mbaghad sehh it-tieni miraklu: qabez zring abbord u rnexxielu jwassal il-gebla ghan-naha l-ohra ta’ l-ghadira. Biex jirringrazzja liz-zring, il-qassis — li aktar tard kellu jkun l-evangelizzatur ta’ Narbonne u l-ewwel isqof tal-belt Rumana — iddecieda li jimmortalizza lis-salvatur tieghu fil-fonti tal-knisja tieghu.
Storja ohra tghid li zring immeraviljat mill-kant tal-fidili waqt li kien ghaddej, dahal fil-knisja ta’ San Pawl. Beda’jkanta maghhom imma lehnu kien stunat ma’ dak tal-fidili. L-Arcisqof talab lil Alla biex ibiddel iz-zring f’gebel, u hekk sar.
Madankollu storja ohra tirrakkonta li mara zaghzugha Kristjana, li kellha tizzewweg lill-imperatur Gustinjanu, irrifjutat li tichad l-fidi taghha. Kienet ikkundannata ghall-mewt billi tkun mgharrqa. Meta mitfugha fl-ilma, jinghad li nbidlet fi zring. L-iskultura fil-fonti suppost hija tifkira tal-avveniment.
Is-sieq nieqsa
Jekk thares mill-qrib lejn iz-zring, tara li jonqosu sieq. Frédéric Mistral, f’Mémoires et Récits , jirrakkonta l-istorja ta’ apprendist skultur maghruf bhala Pignolet. Huwa suppost zar Narbonne izda mar lura d-dar minghajr ma ra l-famuz Zring. Missieru gieghlu jaghmel il-vjagg twil lura biex jara l-famuz anfibju tal-irham, u dan irrabjah. Il-poeta
Provenzal ikompli jirrakkonta:
Il-guvnott gibed il-mazza tieghu u l-iskarpell tieghu mill-barzakka, u bang! B’daqqa wahda tal-mazza kisser iz-zring... L-ilma qaddis, f’daqqa wahda mtebba’ bid-demm, sar ahmar, jghidu... U hekk spicca iz-zring ta’ Narbonne… b’sieq wahda
Tant stejjer simili
Filwaqt li certament kien l-ewwel zring li tnaqqax go fonti tal-ilma mbierek, iz-zring tal-fonti ta’ Narbonne mhuwiex l-uniku wiehed! Fir-regjun hemm hafna simili, fil-knejjes ta' Fontfroide u Montjoi, it-tnejn f'Corbières.