jesusandmary

GHALIEX SAN FILIPPU U SAN GAKBU GHANDHOM IL-FESTA TAGHHOM FL-ISTESS JUM?

 

L-appostli San Filippu u San Gakbu z-Zghir jigu mfakkra fl-istess jum semplicement ghaliex ir-relikwi taghhom kienu esposti fl-istess knisja gewwa Ruma.

Filwaqt li l-bicca l-kbira tat-tnax-il appostlu ghandhom festa separata, San Filippu u San Gakbu z-Zghir jaqsmu l-istess jum, 3 ta’ Mejju.

Ghaliex jaqsmu l-festa flimkien? Huma relatati ma’ xulxin?

San Filippu u San Gakbu z-Zghir ma humiex relatati bid-demm u jaqsmu l-istess jum ta’ festa ghas-semplici raguni li l-relikwi taghhom kienu trasferiti gewwa Ruma fl-istess knisja.

Qabel is-sena 1950, il-knisja kienet ticcelebra t-traslazzjoni solenni tar-relikwi lejn  il-Knisja ta’ l-Appostli Mqaddsa gewwa Ruma fl-1 ta’ Mejju, knisja li hija dedikata ghalihom u fejn huma qed jistriehu.

Originarjament il-festa taghhom flimkien kienet fl-1 ta’ Mejju, izda meta din id-data giet dedikata lil San Guzepp Haddiem, il-festa taghhom tmexxiet ghat-3 ta’ Mejju.

Filwaqt li l-fdalijiet taghhom jinsabu fl-istess knisja gewwa Ruma, iz-zewg appostli hadu toroq separati fl-evangelizazzjoni taghhom wara t-tlugh ta’ Kristu fis-Sema, b’Gakbu joqghod gewwa Gerusalemm u San Filippu jippridka fit-Turkija.

Filippu kienu wiehed mill-ewwel dixxipli li ghazel Kristu. Fi triqtu mill-Gudea ghall-Galileja, il-Mulej iltaqa’ ma’ Filippu u sejjahlu warajh. Filippu accetta mill-ewwel l-istedina ta’ Gesu’ u fiz-zelu u l-imhabba li kellu fittex li jirbah lil Natanjiel. Qallu: “Sibna lil Dak li Mose’ u l-profeti kitbu fuqu- il-Messija, lil Gesu’ ta’ Nazaret.” U meta Natanjiel qallu: “ Jista’ johrog xi haga tajba minn Nazaret?”, Filippu wiegbu semplicement bil-kelmiet, “Ejja u ara.” U hadu jara lil Gesu’.

Ghandna xhieda ohra fuq San Filippu, xiehda dwar kemm kellu hegga u ghatx biex ikun jaf lil Alla. San Gwann fl-Evangelju tieghu jikteb li Kristu fl-ahhar diskors tieghu tkellem fuq il-Missier tieghu u Filippu esklama: “Mulej urina lil Missier u dan ikun bizzejjed.”

San Gakbu kien iben Alfew u qarib ta’ Gesu’. Huwa muri bhala Gakbu z-zghir, forsi biex jindikawh li kien izghar mill-appostlu iehor jismu Gakbu, hu Giovanni.

San Filippu u San Gakbu itolbu ghalina.


marzu 2024

Make a free website with Yola