jesusandmary

 GHALIEX SAN GWANN APPOSTLU DEJJEM JINTWERA MINGHAJR DAQNA?



Diversi tradizzjonijiet isostnu li San Gwann kien l-izghar appostlu, ghalkemm il-Bibbja ma taghtihx età ezatta.

Meta thares lejn pittura tat-tnax-l appostlu huwa tipikament facli li ssib liema wiehed huwa San Gwann Evangelista. Il-bicca l-kbira tal-pitturi jipprezentaw lil dan l-appostlu bla daqna, u jidher konsiderevolment izghar minn kulhadd.

Il-Bibbja ma issemmi xejn dwar l-etajiet ta’ ebda wiehed mill-appostli. L-uniku hjiel, skont l-Enciklopedija Kattolika hija s-sekwenza ta’ l-ismijiet moghtija fil-Gdid Testment.

Fil-listi tal-Appostli Gwanni ghandu t-tieni post (Atti 1:13), it-tielet (Mk 3:17), u r-raba’ (Mattew 10:3; Luqa 6:14), izda dejjem wara Gakbu bl-eccezzjoni ta ’ ftit siltiet (Luqa 8:51; 9:28 fit-test Grieg; Atti 1:13). Billi Gakbu hekk jitqiegħed l-ewwel, tingibed il-konklużjoni li Gwanni kien iz-zghir miz-zewgt ahwa.

Raguni ohra ghaliex nahsbu li San Gwann kien l-izghar appostlu meta kien isegwi lil Kristu fil-missjoni tieghu gewwa Izrael hija marbuta mat-tradizzjoni li miet fix-xjuhija.

Diversi studjuzi jiddataw il-mewt ta’ San Gwann ghal bejn is-sena 98 u 100 wara Kristu. Filwaqt li ma nafux kemm kellu zmien San Gwann meta miet, huwa mahsub li seta’ miet meta kellu bejn it-80 u l-100 sena.

Teknikament, San Gwann aktarx kellu daqna, izda l-artisti ppreferew li jpinguh minghajr daqna biex ikun facli li wiehed jidentifikah.


frar2024

Make a free website with Yola