jesusandmary

IKLA LIL DAWK FIL-BZONN FLOK TIEG


“Iddecidejna li noffru ikla lil dawk li tassew kienu jehtieguha”

Kollox irnexxa u kien success bhalma ppjanaw l-gharus u gharusa. Ana Paula Meriguete u Victor Ribeiro zzewgu fil-Knisja Kattolika u rcevew l-awguri tal-mistednin taghhom f’riceviment zghir u qasir wara ic-ceremonja. Ic-celebrazzjoni l-kbira kienet ghadha gejja u ma kienitx wahda tradizzjonali. Minflok ikla ta’ tieg tipiku, il-koppja zaghzugha ddecidiet li toffri ikla ghat-tfal foqra u l-familji taghhom fil-belt kostali ta’ Huarapari fl-istat tal-Brazil ta’ Espirito Santo. Ghaliha kien hemm 160 mistieden.

“Iddecidejna li nitimghu li dawk fil-bzonn ghaliex il-membri tal-familji taghna ma huma nieqsa minn xejn,” qal l-gharus li ghalih l-idea ta’ ikla tradizzjonali ma kienitx taghmel sens quddiem dawn il-bzonnijiet kollha.” Ma hemm xejn hazin li torganizza festa ghat-tieg, hija celebrazzjoni xierqa, izda ahna hassejna li dan il-pass ikun l-ahjar ghalina biex niccelebraw jum it-tieg taghna,” qal l-ghalliem ta’ l-edukazzjoni fizika li gazzetta Brazijalna Estadio. 

Il-mizzewgin godda li huma membri fil-kor tal-parrocca taghhom kienu spirati li jaghmlu din il-haga minn kliem l-evangelista San Luqa f’Kap 14: 12 Imbagħad qal ukoll lil dak li kien stiednu: “Meta tagħti ikla jew pranzu, tistedinx lil ħbiebek jew lil ħutek jew lil qrabatek, u anqas ġirien għonja, għax għandhom mnejn imbagħad jistiednu lilek huma, u hekk iroddulek il-pjaċir li tkun għamiltilhom. 13Għall-kuntrarju, meta tagħmel ikla, stieden il-foqra, il-magħtubin, iz-zopop u l-għomja, 14u hieni int, għax dawn ma għandhomx minn fejn iroddulek pjaċir bi pjaċir, imma jroddhulek Alla meta l-ġusti jqumu għall-ħajja!”

OPRA TAJBA JISTA’ JKOLLHA EFFETT CAFCIFA

Kemm l-gharus kif ukoll l-gharusa riedu jhallsu huma l-ispiza tal-festa; madanakollu qrabathom u hbiebhom riedu jghinu ukoll. L-offerti tal-flus bdew dehlin u anke volontiera li offrew is-servizzi taghhom. Is-solidarjeta’ kibret ukoll hekk li l-ikla spiccat tkun offruta gratis mill-kumpanija professjonali ta’ l-ikel.

Il-koppja tikteb hekk: “Min ahna, ahna? Nies dghajfa, midimba u fil-htiega ta’ Alla, imma konxji tal-hniena ta’ Alla. Dejjem konna hbieb tajbin hafna u niehdu hsieb xulxin rigward specjalment il-hajja spiritwali ta’ kull wiehed u wahda minna. U llum aktar minn qatt qabel ghandna bzonn inkunu msiehba, hbieb fidili li nimxu flimkien fit-triq tal-qdusija, fit-triq lejn is-sema! Haga wahda hija cara: qatt taqta’ qalbek mil-holm tieghek, imma ukoll tinsa qatt tafdahom f’idejn Alla permezz ta’ l-idejn il-Vergni Marija. Omm qatt ma thalli lil uliedha minghajr protezzjoni.”



gunju 2024@

Make a free website with Yola