jesusandmary

GHALIEX AHNA KATTOLICI U KRISTJANI?

Kont taf li qabel ma kienu jissejhu Kristjani, l-ewwel segwaci ta’ Kristu kienu jissejhu “Nies tat-Triq?”

Qatt hsibt kif sirna maghrufa bhala “Kattolici” u “Insara”?

Qabel ma kienu jissejhu Kristjani jew Kattolici, l-ewwel dixxipli taʼ Gesù kienu maghrufa bhala “Nies tat-Triq.” Dan x’aktarx ghax Gesù sejjah lilu nnifsu “it-triq, il-verità u d-dawl” (Gwanni 14:6). Hafna ismijiet intuzaw biex jiddeskrivu lis-segwaci taʼ Gesù fil-jiem bikrija qabel ma twahhal it-terminu “Kristjani”. 

FL-Atti Kapitlu 9, ir-rakkont tal-konverzjoni ta’ San Pawl, jghid, “[Atti:9:1] Sawl, li kien ghadu bil-qawwa kollha jhedded bil-mewt lid-dixxipli tal-Mulej, mar ghand il-qassis il-kbir [Atti:9:2] u talbu jaghtih ittri ghas-sinagogi ta' Damasku, biex ikun jista' jaqbad l-irgiel u n-nisa kollha li jsib miexja fit-Triq tal-Mulej u jehodhom marbuta Gerusalemm..”

Iktar tard, in-“Nies tat-Triq” kellhom jsiru maghrufa universalment bhala “Insara.” L-isem “Kristjan” gej mill-kelma Griega Christianos , li tfisser “Segwaci ta’ Kristu.”

Allura l-Kristjani kif saru maghrufa bhala “Kattolici”?

Il-kelma Griega ghal “knisja” hija katholikos , li tittraduci ghal “universali.” Il-kelma “kattoliku” gejja minn katholikos . Peress li l-Knisja vera hija universali, "taghmel dixxipli mill-gnus kollha" kif ikkmanda Gesù (Mattew 28:19), il-kliem preciz "Knisja Kattolika" huwa xieraq. Hija semplicement tafferma li hi l-“Knisja Universali,” il-Knisja vera stabbilita minn Kristu.

Ghalhekk, ahna “Insara”—dawk li jimxu wara Kristu—u ahna wkoll “Kattolici”, jigifieri membri tal-Knisja wahda universali u indiviza maghquda mad-dinja kollha bis-sahha tal-evangelizzazzjoni tal-Appostli u s-successuri taghhom.

Biex nghixu fit-titlu taghna bhala Nsara, irridu bl-umiltà niehdu s-slaleb taghna u ngorruhom bil-ferh! Santa Madre Tereza segwiet it-triq ta’ Kristu bil-mod semplici taghha meta kitbet: “Ahsel il-platt mhux ghax mahmug u lanqas ghax jghidulek biex tahslu, imma ghax thobb lil min imissu juzah.” 


Make a free website with Yola