IL-QADDIS LI KIEN HALLIEL TAL-LANGAS...
L-inkwiet ta’ Santu Wistin jista’ jghallimna hafna.
“Int ghamiltna ghalik innifsek, Mulej, u qalbna ma ssibx misrieh jekk ma tistriehx fik. ”
Santu Wistin kien kapaci jikteb tant sabih dwar in-natura bla mistrieh taghna ghax ghadda mill-esperjenza tan-natura li ma tafx tghid bizzejjed.
Aneddot jista’ jghin biex jirrakkonta ahjar l-istorja tieghu.
Bhala zaghzugh Wistin trabba fil- belt taʼ Thagaste. Jum wiehed hu u shabu wettqu serqa li f’dak iz- zmien dehret li ma taghmilx hsara—serqu xi langas minn sigra taʼ gar.
Dawn ma kinux langas specjali, u z-zaghzagh lanqas biss kienu bil-guh. Wistin wara ammetta li ma seraqx il-langas ghax riedhom; seraqhom biss ghall-avventura biex jaghmel xi haga mhux tas-soltu. Kien bla kwiet u ried ftit hidma biex jahli l-energija ta’ zaghzugh li kien. Ried xi haga aktar.
Imma l-istorja ta’ Wistin ma tispiccax bil-langas misruq. Hekk kif kiber, dan l-inkwiet kompla jigri warajh, u kompla jfittex sens f’kollox hlief fil-fidi tieghu. Ghalkemm ma kompliex jisraq, lanqas ma irranga ruhu. Huwa waqa’ fil-vizzju tax-xorb, jigri wara n-nisa, u jqatta' il-hin tieghu mdawwar b’kumpannija hazina.
B’hajja gerrejja bhal din qatt ma sab il-paci. Baqa jfittex, izda lil Alla ma sabux ghax baqa’ boghod minnu. Minflok ma jdur lejn il-fidi tieghu, esplora filosofiji u modi ta’ hsibijiet differenti. Madankollu, hadd minn dawn ma tah il-paci li kien qed ifittex.
Gurnata wahda, waqt li kien fi gnien, Wistin semaʼ lehen jghidlu, “Hu u aqra.” Huwa qabad il-Bibbja u qara silta minn Rumani 13:13-14, li titkellem dwar li tghix hajja hielsa mid-dnub u ddur lejn Kristu. Huwa ddecieda mbaghad li jiddedika hajtu biex jimxi wara Kristu.
It-tfittix kostanti ghall-verita’ minn Santu Wistin kien finalment ir-rizultat li bis-sahha tieghu sab il-mistrieh u l-paci vera fi Kristu.
Mela qieghed lil Kristu fil-hajja tieghek u tara kif ma jkun jonqsok xejn ghax Kristu joffrilek il-paci u l-ferh mhux kif toffrihom id-dinja, izda kif joffrihomlok hu.