PARIRI TA’ PAPA SAN GWANN XIII

Il-Papa San Gwanni XXIII huwa maghruf sew bhala l-Papa li nieda l-Koncilju Vatikan II, izda ftit huma midhla ta’ kitbietu. Din hija sfortuna, hekk kif il-kitbiet tat-“ Twajjeb Papa Gwanni” jirriflettu l-hbiberija profonda tieghu ma’ Alla. Kien ta’ spiss iqatta’ siegha qaddisa quddiem is-Sagrament Imbierek u fl-Adorazzjoni Ewkaristika sab is-sahha li kellu bzonn.
“Biex nitbieghed mid-dnub u nibqa’ qrib lejn Alla, jiena rrid nitheggeg fl-imhabba tieghi lejn il-Qalb Imqaddsa ta’ Gesu’ li mit-tabernaklu jxerred ir-raggi tal-grazzji tieghu fuqi. U ghandu nersaq ghas-soluzzjoni tal-problemi kollha tieghi.”
“Mill-qaddisin jiena rrid nimxi fuq l-ezempju tajjeb taghhom u mhux fuq dak li kienu jaghmlu. Jiena ma inhiex San Alwigi u anqas ma nfittex il-qdusija fuq l-istess passi tieghu, imma skont il-htigijiet tieghi, il-karattru tieghi u l-kondizzjonijiet differenti ta’ hajti.”
“Id-dinja qatt ma tista’ tkun post ta’ paci, qabel il-paci issib id-dar taghha fil-qalb ta’ kull bniedem, qabel ma l-bniedem jippersevera fuq l-ordni li Alla tah biex fuqha jimxi.”
“Imwieled fqir, minn genituri umli u rispettati, ninsab partikolarment kuntent li mmut fqir, wara li qsamt, skont id-diversi htigijiet u cirkostanzi tal-hajja semplici u modesta tieghi mal-fqar u mal-Knisja qaddisa li rawwmitni, dak kollu li gie f’ idejja – u kien ftit hafna – matul is-snin tas-sacerdozju u l-episkopat tieghi.”
“Ir-ruzarju ta’ Marija, huwa meqjus fid-diversi elementi tieghu, li huma marbutin flimkien fit-talb vokali u minsugin fih bhal f’ rakkmu delikat u rikk, mimli shana u sbuhija spiritwali.”
“Ikkonsulta mhux il-bizghat tieghek imma t-tamiet tieghek u l-holm tieghek. Ahseb mhux dwar il - frustrazzjonijiet tieghek, imma dwar il - potenzjal tieghek li ma twettaqx. Ippreokkupa lilek innifsek mhux b ’dak li ppruvajt u fallejt fih, izda b’ dak li ghadu possibbli ghalik li taghmel.”