Huwa spirtu pur li darba kien anglu tajjeb jismu Lucifru. Imma s-suppervja tieghu swietlu postu fil-genna. Fil- vangelu ta’ San Luqa Kristu jghidilna li ra lil Satana niezel bhal sajjetta mis-sema (LUQA 10:18) Gesu’ jghidilna wkoll li l-missjoni tieghu f’din id-dinja hija li jgib fix-xejn xoghol ix-xitan . Satana ghandu vantagg kbir fuqna billi dan l-ghadu taghna ma jidhirx. Wiehed minn nasbiet tieghu hu li jikkonvinci lill-bniedem li hu ma jezistix. L-arcisqof Fulton Sheen darba qal li isem Alla hu “JIEN HU DAK LI HU” filwaqt li x-xitan imaqdar lil Alla u jghidlu : Jiena hu dak li ma nhiex.”Make a free website with Yola