jesusandmary

 L-IMGIEBA T’ALLA MAL-BNIEDEM


"Qasba imgengla ma jiksirhiex, ftila tnemmen ma jitfihiex.” (42:3)

It-tfal Ebrej spiss kienu jmorru hdejn xatt ix-xmara biex jilghabu. Hemm kien jikber hafna qasab. Il-qasab kellu hafna uzu, fosthom li minnhom jaghmlu l-flawt.  Xatt ix-xmara kien mimli bihom u bosta minnhom ma kienux ikunu perfetti biex jinhadmu f’dan l-istrument tad-daqq. Jekk kienu jiltaqghu ma’ xi wahda imgengla, kienu jkissruha fi tnejn u jarmuha. Wara kollox qasba ta’ kwalita’ tajba kienu jehtiegu biex jaghmlu flawt li l-hoss tieghu ikun melodjuz. Qasba maqsuma jew imgengla  ma kienet tiswa ghal xejn.

Il-qasba imkissra tfisser facilment il-bniedem oppress mid-dnub li xi darba ahna ilkoll konna ilsiera tieghu. 

It-tfal kienu jkissru u jarmu il-qasab imkisser. Dan ma kien jiswa’ ghal xejn aktar. Wara kollox kien hemm hafna qasab ohra max-xatt. Ghaliex ma jaghmilx hekk ukoll Alla ma’ dawk li jghixu fid-dnub.?

Il-Lhud kienu jipprovdu d-dawl ghad-djar taghhom bil-lampi taz-zejt. Kienu tip ta’ skutelli, mimlija biz-zejt u  ftila li sakemm kienet tkun umda biz-zejt din, meta tinxtghel, kienet iddawwal il-kamra kollha. Meta l-lampa kienet tinxef miz-zejt, il-ftila kienet tinharaq u trabbi l-musmar.  L-unika haga li bniedem seta’ jaghmel kien li jitfiha u jarmI il-ftila. Kien hemm hafna ftejjel li wiehed seta’ jixtri jew jaghmel hu.

Il-ftila tirrapresenta lil bniedem li hu ghajjien fil-hajja tieghu tar-ruh jew maqtugh mill-hajja tal-grazzja.  Xi darba jew ohra lkoll ghaddejna minn dan l-istadju u ltaqjna ma’ ohrajn li kienu wkoll f’ dan l-istat.

Isaija jghidlna li “ ftila tnemmen ma jitfihiex”. 

Meta nsibu ruhna nghixu ma’ nies bhal dawn, nies emarginati mis-socjeta’, l-ewwel reazzjoni taghna hi li nwarrbuhom, naghtuhom il-gemb, nhossu ma ghandniex ikollna x’naqsmu maghhom. Il-kumpanija taghhom tkun ta’ misthija ghalina. Il-presenza taghhom hi ta’ theddiha ghalina u ghalhekk naharbuhom. Mhux hekk Gesu’, mhux hekk ghamel man-nies ta’ zmienu . Lil Zakkew li tela’  fuq sigra biex jara lil Imghallem ta’ Nazaret ghaddej, minhabba li kien qasir, Gesu’ sejjahlu u stieden ruhu b’idejh biex jmur fid-dar tieghu. Ma qaghadx jghid Gesu’ x’ser jghidu in-nies ghax kien qed jaghmilha ma’ publikan, bniedem mistkerrah mill-poplu ghax kien jigbor it-taxxi ghan-nom tar-rumani u maghruf li seraq ghax kien jintaxxa aktar milli kienet titlob il-ligi.  Kristu ra is-salvazzjoni ta’ dak il-bniedem u resaq lejh HU. 

Bl-istess stil Kristu mexa mal-mara midimba. Il-kbarat riedu joqtluha ghax qabduha f’adulterju. Riedu jqacctu din il-qasba imkissra, jitfghu din il-ftila tnemnem.  Imma Gesu’ mar riedx. Huwa ta il- hajja mill-gdid. Filwaqt li ma fahharx l-istil ta’ hajja taghha,  huwa offrilha mill-gdid il-hajja tar-ruh permezz ta’ grazzja tieghu u widdeb bis-shih lil akkuzaturi taghha li telqu wiehed wiehed mix-xena meta Gesu’ qalilhom biex min ma ghandux dnub jitfaghla l-ewwel gebla.

Hekk jaghmel man-nies ta’ zmienna. Jinqeghda bic-cirkustanzi  tal-hajja, jew parir siewi ta’ qari tajjeb jew messagg minn persuna qrib t’Alla u joffrilna l-id tal-hbiberija tieghu biex nikkonvertu. 

Il-hniena ta’ Gesu’ hija kbira u ma tafx limiti.

Qabbel ftit il-ministerju ta’ Gesu’ ma’ dak ta’ Satana. Gesu’ jersaq lejna biex jghinna. Bil-qawwa tal-grazzja tieghu jwizinna biex inqumu mill-hama tal-hajja l-hazina.  Kuntrarju ta’ dan, Satana ukoll jidhol ghalina quddiem Alla, izda bhala akkuzatur taghna.  Sfortunatament huwa jpoggi quddiem Alla il-htijiet taghna li huma veri. Juri lil Alla l-waqghat taghna, il-feriti taghna.  Imma Alla jghidlu : Dak li qed tghidli huwa veru. Imma hares lejn Ibni. Dak fdiehom, issa huma propjeta’ tieghu u hadd ma jista’ johodhomlu lura. Huma ghamlu ndiema minn htijiethom.”

L-Iben t’Alla jitkellem favurna. Hu l-avukat taghna quddiem Alla. Huwa l-intercessur taghna. Huwa patta ghal dnubietna bil-passjoni tieghu.

Gesu’ huwa Dak li ma hu qatt ser jabbandunak, anke meta d-dinja twarrbek. Wiehed irid idahhalha f’mohhu li Alla qieghed hemm biex jghinek. Huwa hu dak li jsewwi il-qasba maqsuma,  u minnha jaghmel li tindaqq muzika l-aktar sabiha. Huwa Dak li jbiddel il-ftila li rabbiet il-musmar u minnha kapaci johrog dawl li jdawwal il-kamra kollha. Alla jitlob minnha li numiljaw ruhna ghax ahna midimbin. Imbaghad il-grazzja tieghu tkompli tahdem fina hi.Meta il-Farizew dahal fit-tempju u tkaza bil-pubblikan li kienet qieghed jitlob lil Alla mahfra mill-boghod ghax kien ihoss li ma kienx jisthoqqlu li jersaq aktar vicin Lejh, Gesu’ accertana li l-Pubblikan kien qed jitlob ghal xejn ghax fil-qalb tieghu kienet biss tirrenja s-suppervja.

Bhalma Alla ghamel maghna meta gabarna mieghu mill-gdid u qieghdna fuq blata hekk ukoll jaghmel ma’ dawk li sabu ruhhom fl-istess sitwazzjoni simili. Din tnissel fina qalb hanina u sensittiva ghall-proxxmu taghna u ikunu inqas l-mumenti li fihom nippuntaw subghajna lejhom bhalikieku il-gudikaturi taghhom. Nistghu, iva nippuntaw subjaghna lejhom, imma biex inressquhom lejn Gesu’.

Jum wiehed patri mar fil-kantina tal-kunvent biex jara x’setghax ikun hemm xi haga ta’ pregju qalb l-affarijiet imkissra. Ghajnejh waqghu fuq salib li l-korp tieghu kellu idu mkissra. Hadu fil-cella tieghu biex jirrestawrah izda hallieh b’idu nieqsa. Poggieh f’post prominenti u zejnu b’mod attraenti. Wiehed zaghzugh ta’ madwar il-knisja meta rah qal lil patri: “Kif ma hdimtx id ohra u wahhaltha flok dik nieqsa?”

Wiegbu l-Patri: “ Aqra x’hemm mitkub taht rigel il-kurcifiss. L-id nieqsa tieghi hija inti. Irrid ninqeda bik biex iggibli  erwieh imbieghda minni halli bl-id l-ohra jiena nippresenthom lil Missier tieghi biex jibdlu hajjithom.” 

Il-konverzjoni tal-midneb hija xiehda li taqa’ taht is-sensi taghna ta’ kemm hija qawwija il-hniena Tieghu. 

Kien x’kien il-hazen taghna Alla juri hniena maghna ma’ l-inqas karba taghna ghax hu jhobbna daqs il-mimmi ta’ ghajnejh.

Lis-semmiegha tieghu predikatur uriehom karta ta’ 20 dollaru, u staqsiehom, “ Min irid din l-20 dollaru?” L-idejn bdew telghin ‘l fuq . “Ser naghti din l-20 dollaru li xi hadd minnkom imma qabel irrid naghmel xi haga,” qalilhom.

U beda jitwi il-karta ta’ l-ghoxrin dollar xi hames darbiet hekk li saret qisha nitfa karta mkebba.

“Min ghadu jridha?” staqsa mill-gdid.

L-idejn regghu bdew telghin ‘l fuq.

“Tajjeb ,” rega’ tena,” u jekk naghmel hekk?”

Minnufih tefaghha fl-art u beda jaffiggha bil-qieh taz-zarbun u jishaqha ma’ l-art tant li kwazi tqattet u thammget. “Issa min ghadu jridha?” staqsa mill-gdid. U xorta wahda baqghu jriduha.

“Hbieb, il-lum tghallimtu lezzjoni ta’ valur kbir. Ma naqqsitx mill-valur taghha. Il-karta ghadha tiswa 20 dollaru. “


Hafna drabi f’hajjitna naqghu, nithammgu, ninsahqu mill-hazen minhabba d-decizjonijiet li niehdu u c-cirkustanzi li niltaqghu maghhom. Inhossuhna ma niswew ghalxejn. Imma jigri x’jigri Alla jibqa’ jarana dak li konna ghalih: persuni imprezzabli ghax hu fdina b’demmu u ahna propjeta’ tieghu, uliedu u werrieta tal-genna. Huwa t-tabib tar-ruh taghna. Dawk li huma b’sahhithom ma ghandhomx bzonn tabib imma dawk li huma morda. Matt. ix. 12.


Make a free website with Yola