jesusandmary

 4. L-Hena tat-Tama f'Alla

[S:4:1] Għall-mexxej tal-kor. Fuq l-istrumenti tal-korda. Salm ta' David.

 

[S:4:2] Weġibni, meta nsejjaħlek,

Alla tal-ġustizzja tiegħi;

oħroġni fil-wisa' meta nkun imdejjaq,

ħenn għalija u isma' talbi.

[S:4:3] Intom, bnedmin, kemm se ddumu twebbsu

qalbkom?

Għax tħobbu l-frugħa u tfittxu l-gideb?

[S:4:4] Kunu afu li l-Mulej wera tjieba kbira miegħi;

jismagħni l-Mulej meta nsejjaħlu.

[S:4:5] Triegħdu bil-biża', u la tidinbux;

aħsbu f'qalbkom billejl, u isktu!

[S:4:6] Offru s-sagrifiċċji li għandkom tagħmlu,

u ittamaw fil-Mulej.

[S:4:7] Ħafna jgħidu: "Min jurina r-riżq?"

Ixħet fuqna, Mulej, id-dawl ta' wiċċek.

[S:4:8] Int nissilt l-hena f'qalbi,

aktar mill-kotra tal-qamħ u l-inbid tagħhom.

[S:4:9] Nimtedd u norqod minnufih fis-sliem,

għax int waħdek, Mulej, fis-sod tqegħedni.

Make a free website with Yola