IR-RUZARJU U L-QAWWA TIEGHU

Il-Festa tar-Ruzarju hija celebrata fis-7 ta’ Ottubru u dan ix-xahar partikulari huwa tradizzjonalment marbut ma’ din it-talba ghaziza marjana. U minghajr ma noqghodu nlaqilqu, dan ix-xahar ghandu jkun ghalina zmien li fih nirrecitaw aktar regolari r-ruzarju u jekk jista’jkun kuljum.
Il-Madonna weghdet lil dawk li jirrecitawh bid-devozzjoni, lesta li tati l-protezzjoni specjali taghha biex dawn ma jmorrux fit-telfien ta' dejjem, jirbhu d-dnub u l-vizzju u jeghlbu l-erezija.
Hafna huma l-erwieh li jsalvaw bis-sahha ta' din it-talba. Id-devoti tar-Ruzarju ma jmutx minghajr ma jilhqu s-sagramenti. Huwa mezz kbir li bih jinfdew l-erwieh tal-purgatorju.Dawn huma xi ftit mill-weghdiet ta' Marija Ssma ghal min jghidir-Ruzarju.
U ghaliex Ommna Marija talbitna li nghidu r-Ruzarju kull darba li dehret lilna bnedmin? Ghaliex ghandna nitolbu bih? Ir-Ruzarju huwa talba qawwija u arma ta’ fejda u kull min itennih bid-devozzjoni jkun ta’ beneficcju ghalih. Il-Papa Gwann Pawlu II jghidilna li din il-prattika qaddisa hiJa mezz ta kif inzommu hajja l-kontemplazzjoni tal-misterju nisrani: il-hajja ta’ Kristu u r-rwol ta’ Marija fis-salvazzjoni taghna.
Il-Papa Ljun XIII f’ittra datata 1 ta’ Settembru 1883, billi kien jaf li r-Ruzarju ghandu l-qawwa li jsahhah il-fidi u jrawwem hajja ta’ virtu’, wera’ fil-qosor il-qawwa u r-rebhiet tar-Ruzarju fl-imghoddi u wissa’ lill-fidili biex ma jittraskurawx din it-talba ghaziza ghal Marija. U xtaq li din it-talba tinghad quddiem Gesu’ Ewkaristija sponut ghall-qima taghna. Kien jemmen hafna li Marija tintercedi ghalina quddiem Binha biex nottjenu l-grazzja ta’ Alla li hi ta’ konsolazzjoni ghalina u ghall-Knisja universali fis-sofferenzi taghha. Ma jimporta xejn li nkunu ilna li waqafna nghidu din it-talba.
Qatt ma hu tard biex terga’ tibda'. L-esperjenza tal-Qawwa tar-Ruzarju hija kbira.
Ippruvah.