
QARI GHAL KULL GIMGHA TAR-RANDAN. 
1.L-ERBGHA TA' L-IRMIED 5. IR-RABA GIMGHA
2. L-EWWEL GIMGHA 6. IL-HAMES GIMGHA
Giuseppe Moscati twieled gewwa Benevenuto fil-25 ta' Lulju 1880 minn familja nobbli. Ghex ghal xi snin gewwa Ancona u imbaghad f'Napli billi missieru li kien magistrat kien jehtiglu li jmur minn lokal ghal iehor kull certu zmien. Studja fil-liceo u kompla l-universita' fejn segwa kors tal-medicina. Il-karriera tieghu ta' tabib bdieha fl-isptar gewwa Napli fejn kien jiehu hsieb dawk li ma setghux ifiequ. Kien l-ezempju ta' tabib li jaf x'jigifieri t-tbatija ta' marid u dmirijietu lejn dawk li qed ibatu kien jaqdihom bl-akbar reqqa. Giuseppe kien jghallem il-medicina u jaghmel ricerka xjentifika bl-iskop li din il-fergha taghmel progress kbir ghall-kura u gid tal-morda. Ma kienitx tkun l-ewwel darba li huwa kien joffri is-servizz tieghu mediku b'xejn lil dawk fil-bzonn.
Kien bniedem ta' fidi kbira u ta' talb. Hu miet fit-12 ta' April tas-sena 1927, f'daqqa wahda u halla vojt kbir fis-socjeta' li maghha kien jghix.
Xi nghidu fuq dan il-qaddis? Kien bniedem lajk, figura ta' nisrani mpenjat li kellu l-gheruq tieghu f'hajja ta' fidi kbira li wasslitu biex ikun mgholli ghall-gieh ta' l-artal. Il-kolonni li fuqhom bena hajtu kienu tnejn: il-kolponna ta' l-imhabba lejn Alla u l-kolonna ta' l-imhabba lejn ghajru. Huwa qaddis ta' zminijietna.
Il-Papa Pawlu VI jitkellem minn dan il-bniedem li " l-missjoni tieghu kienet wahda evangelikabilli t-talenti li tah Alla ghamel uzu minnhom ghall-gid tal-batut. Bhala tabib ghen lill-morda, bhala professur gewwa l-Universita' xettel ezempju tajjeb u ta' ammirazzjoni f'dawk li kien taht il-gwida tieghu biex jitghallmu. Il-figura tal-professur Moscati hija konferma li s-sejha ghal-qdusija hija ghal kulhadd anzi possibli ghal kulhadd". Ikompli jghid il-Papa li l-knisja ma tghejja qatt ixxandar din l-istedina ghall-bnedmin tas-seklu XX.
IS-SABAR.
Missier ta' tlett ulied hass li tmiemu kien fil-qrib. Matul hajtu huwa hadem bla heda biex jedukhom u jzommhom komdi bla ma jbatu. Sejhilhom u qalilhom: " Ghandi sigriet x'nghidilkom. Imxu warajja sal-gnien." Ilkoll imxew warajh herqana li jsiru jafu bis-sigriet li ried jafdalhom missierhom.
Bil-ftit forza li kien fadallu u minghajr ma halla lil uliedu jaghtuh daqqa ta' id huwa beda' jhaffer hofra biz-zappun f'nofs il-gnien. Ma damx wisq ihaffer li ma dehritx kaxxa tal-metal. Miel u wara li gabarha fetahha quddiemhom. Minnha hareg skroll zghir, fethu u qalilhom: Ekku l-pjanta l-aktar prezzjuza fost il-pjanti kollha, dik li tatni u pprovditli l-hajja, lili u li familja tieghi kollha." Imma l-iskroll kien vojt u l-pjanta li missierhom qalilhom li kien qed izomm f'idejh kienet fantasija ta' mohhu. Madankollu hadd ma dahaq u kulhadd zamm is-serjeta.
"Qabel ma nhalli din id-dinja rrid naghti lil kull wiehed minnkom wahda minn dawn iz-zerriegha eccezzjonali," qal il- missier. It-tfal tieghu fethu idejhom u ippretendew li qed jircievu r-rigal li ried jghaddilhom missierhom. "kienet pjanta li kont nikkoltiva bl-akbar imhabba u reqqa u kull min jipposedi din il-pjanta ma jitlef qatt il-hegga. Sabiex il-pjanta tnissel gheruqha fil-fond jehtieg li titbissmilha; bit-tbissima biss il-weraq taghha jikbru u jsiru b'sahhithom u joffru dell mix-xemx lil min jistkenn tahthom."
Ix-xwejjah siket u ghaddha hafna hin. Hadd mit-tlett itfal ma ccaqlaq minn hdejh. Ix-xemx waslet biex tinzel meta ibnu l-kbir qallu: "Missier grazzi ta' dan ir-rigal sabih; imma forsi ghadna ma fhimnix tajjeb mill-liema pjanta qed titkellem."
"Dan zgur li fhimtu," wiegeb il-missier, " Waqt li intom kontu qed tisimghuni u bqajtu madwari kull wiehed minnkom ta hajja liz-zerriegha zghira li jiena tajtkom. Hija l-Pjanta tal-Pacenzja, tas-Sabar."
Il-Pacenzja, bhal kull virtu ohra ma tigix wahedha, Trid tipprattikha. Qabel tibda tirrabja tbissem u din titnissel fik is-sabar u kull minn jhares lejk jara fik punt ta' riferenza biex inti twennsu u toffrilu dak li huwa nieqes fih.
TIPPRUVAX TIFHEM…………….IZDA EMMEN
Meta fil-quddiesa, s-sacerdot ilissen il-kelmiet tal-konsagrazzjoni, “Dan hu Gismi,” u “Dan hu Demmi,” il-hobz u l-imbid jimbidlu fil-Gisem u d-Demm ta’ Kristu, minkejja li dawn jibqghu jidhru bhala hobz u imbid u jibqghalhom it-toghma tal-hobz u l-imbid. Qatt tipprova tifhem kif isir dan ghaliex ma hu qatt ser tifhem, izda biss emmen. Irid ikollok fidi ghamja fil-kliem ta’ Gesu’ li weghdna li ser jaghtina Gismu bhala ikel u Demm bhala xorb ghas-sahha ta’ ruhna u zamm kelmtu ghaliex kien fl-ahhar cena li hu ghamel mad-dixxipli tieghu, li waqqaf dan is-sagrament u tahom ordni biex ikomplu jaghmlu dan tul iz-zminijiet kollha.
Trid
thaddem il-fidi tieghek u temmen li wara l-kliem tal-konsagrazzjoni ikun hemm fuq l-artal Gesu’ Haj, bil-Gisem, bid-Demm, bir-Ruh u bid-Divinita’ u dak hu l-ahjar mument biex tadurah bhala Alla tieghek. Qatt tiddubita mill-vera presenza ta’ Kristu fuq l-artal ghaliex Gesu’niffsu stqarrilna li min jiekol Gismu u jixrob Demmu jkollu fih il-hajja ta’ dejjem. U Gesu’, l-Iben t’Alla qatt ma jista’ jqarraq bina, ghaliex huwa l-istess Verita’.
Alla ghogbu jzejjen lil Knisja tieghu bi grajjiet fenominali li ghalihom ma jistax ikun hemm tifsira hlief biex juri lil bnedmin il-presenza reali ta’ Kristu fl-Ostja u l-Imbid ikkonsagrati. Grajja li ghadha hajja sal-lum tipperswadina fuq din il-verita’ ta’ fidi. Gewwa Lanciano fit-8 seklu, wiehed patri ta’ l-Ordni ta’ San Basilju, kien mahkum mid-dubju jekk mal-kelmiet tal-konsagrazzjoni l-hobz u l-imbid jimbidlux fil-Gisem u d-Demm ta’ Kristu. Jum wiehed waqt li kien qed iqaddes, wara l-kelmiet tal-konsagrazzjoni, l-Osjta imbidlet verament fil-Gisem ta’ Kristu jigifieri mbidlet fl-Laham haj u l-Imbid imbidel f’Demm veru li ghaqad f’hames cappep, irregulari fid-daqs u l-kobor. U sal gurnata tal-lum ghadhom hekk ippreservati f’ostensorju ghall-qima u perswazzjoni tal-fidili. Wiehed jista’ jinnota li l-Laham ta’ l-Ostja ghandu l-istess qisien bhal dawk ta’ ostja kbira uzata fi zminijietna fil-Knisja Latina. Ghandha kulur kannella car u meta tifta’ d-dawl minn wara tiehu kulur rosa. Id-Demm hu maqghud .
Tul iz-zminijiet saru diversi studju u l-ahhar wiehed kien immexxi fis-sena 1981 mill-Professur Linoli assistit mill-Profs Bertelli. L-analizi wrew dawn il-konkluzjonijiet:
1. Il-Laham hu veru Laham u d-Demm hu veru Demm.
2. Il-Laham u d-Demm jappartienu lil ispeci umana.
3. Il-Laham jikkonsisti f’tissue muskulari tal-qalb.
4. Il-Laham huwa “Qalb” kompleta fl-istruttura essenzjali taghha.
5. Il-Laham u d-Demm ghandhom l-istess tip ta’ demm AB (Huwa identiku ma’ dak li l-Professur Bollone irnexxilu jiskopri fil-Lizar ta’ Turin.)
6. Fid-Demm instabu il-proteini fl-istess proporzjon daqs li kieku kien demm frisk normali.
7. Li l-Laham u d-Demm jibqghu preservati b’dak il-mod minkejja li ghaddew tnax-il seklu u kienu esposti ghal tibdil atmosferiku hu fenomenu straordinarju.
MARIJA GHAJNUNA TA' L-INSARA
It-titlu ta' Marija Ghajnuna ta' l-Insara kellu l-bidu tieghu sa mis-sena 1500 fil-Litanija Marjana. Il-Papa Piju VII waqqaf dil-festa ta' Marija Awziljatrici fis-sena 1814 u ffissa d-data ta' l-24 ta' Mejju ghat-tifkira taghha.

U grazzi ghal San Gwann Bosco u ghall-bini tas-Santwarju ta' Marija Awziljatrici, xewqa ta' l-Istess Marija Omm ta' Kristu li dan it-titlu ha mill-gdid hajja fil-knisja kattolika. Don Bosco kien jirrikmanda lis-Salesjani tieghu li jxerrdu d-devozzjoni lejn Marija Ssma taht dan it-titlu f'kull naha tad-dinja fejn ikunu.
Don Giovanni Caglieri, l-ewwel isqof u kardinal salesjan jirrakonta li sa mis-sena 1862 Don Bosco kien jahseb biex iwaqqaf knisja xierqa u denja tal-Vergni Mbierka, knisja li riditha l-istess Omm ta' Kristu.
Kien jghid : "Il-Madonna trid li ahna nonorawha taht it-titlu ta' Marija Ghajnuna ta' l-Insara: iz-zminijiet humna daqshekk koroh li ghandna bzonn li l-Vergni Mbierka tghinna biex nikkonservaw u niddefendu l-fidi nisranija." U jekk Don Bosco kien jghid hekk ghal dawk iz-zminijiet kemm izjed jishaq fuq din il-haga kieku jghix fostna fiz-zminijiet taghna.
U lil uliedu fi Kristu qatt ma kien jghejja jghidilhom: " Kemm grazzji ghandha Marija Ssma ghandha lesti ghalina u kemm hija anzjuza li xxerridhom fuq min jitlobhomlha! Ftakru o gheziez tieghi li l-Vergni Mbierka ghandha hazna ta' tezori lesti ghalina biex jghinuna nsalvaw ruhna, mit-tezori taghha hija tohrog u xxerred il-barkiet fuq il-familjari taghna u hbieb taghna. Biex tatihomlna jonqos biss l-ghajta taghna. Jekk ahna minn qalbna nuruha l-imhabba taghna, id-devozzjoni taghna lejha hija tkun pronta li toffrihomlna ghaliex ahna wliedha. Hija tiddefendina minn kull periklu tar-ruh u tal-gisem. L-isforz u r-rieda taghna biex nghogbu lil Binha tberikom biex ahna naslu li nohorgu rebbieha fuq l-okazzjoni tad-dnub.
Ikompli jghidilhom Don Bosco lis-Salesjani tieghu li Marija, l-omm spiritwali taghna ixxerred il-grazzji taghha fuqna jekk id-devozzjoni taghna lejha tkun sinciera u awtentika u dak li nitolbuha ma jkun ta' dannu u hsara ghalina.
"Kemm hi haga ghaqlija li fil-bidu tal-gurnata nduru lejn din l-Omm taghna tas-Sema u bhala wliedha, ninxtehtu f'riglejha u nitolbuha tberikna u tbierek il-hidma taghna tal-jum. X'konsolazzjoni d-devot ihoss fil-qalb tieghu meta f'nofs il-jum jiftakar f'din ommu u jnisslilha t-talba ta' l-Angelus! X'ferh igarrab id-devot meta fi tmiem il-jum jintelaq fi hdan Ommu Marija Ssma biex tharsu matul il-lejl."
"Nirrakomandalkom, mela, gheziez uliedi li titolbu lil Marija, Omm Gesu, biex tipprotegikom bil-mant taghha. Hija tinsab fis-sema u ghandha setgha qawwija quddiem Alla u dak li titlob lil Binha Huwa ma jichadulhiex." - DON BOSCO
sensiela ta' slideshows b'messagg evangeliku.
IL-PARABBOLA TAT-TALENT
IL-PARABBOLA TAL-FARIZEW U L-PUBLIKAN
IL-PARABBOLA TA' L-IMHALLEF U L-ARMLA
IL-MUNITA TA' CESARE
IS-SEJHA TA' MATTEW
GESU', IL-LEBBRUZ U AHNA
NITHEJJEW GHALL-MIGJA TAL-MESSIJA
INTI L-MESSIJA.
IEQAF U FITTEX KLIL GESU'
Ikklikja fuq it-titlu Gaudete et Exsultate biex tidhol fil-pagna u tara x'messagg irid iwassallilna l-Papa Frangisk.
L-ewwel parti - KULHADD IMSEJJAH GHALL-QDUSIJA
It-tieni parti- IL-PERIKLI GHALL-QDUSIJA
It-tielet parti - IL-PROGRAMM TA' GESU' GHALL-QDUSIJA
Ir-raba parti - MEZZI OHRA TA' QDUSIJA
Il-hames u l-ahhar parti - IX-XITAN TASSEW JEZISTI. NAHARBU MINNU
