jesusandmary

HTML Editor - Full Version

2024 GHANDHA TKUN IS-SENA TAT-TALB, JGHID IL-PAPA.

 

Papa Frangisk jrid li s-sena 2024 tkun bi thejjija ghall-Gublew 2025, tkun sena li tghinna biex nistimulaw ruhna bit-talb maghmul skont il-Qalb ta’ Gesu’.

U ghalhekk habbar li s-sena 2024 tkun sena dedikata lit-TALB bi thejjija ghall-Guiblew 2025.

Dan qalu meta iltaqa’ ma’ grupp ta’ retturi tas-Santwarji u haddiema fil-Vatikan fil-11 ta’  Novembru.

“Irrid li s-sena diehla , tkun totalment dedikata ghat-talb bi thejjija ghall-Gublew 2025. Niddekikawha ghat-talb,”qalilhom.

Il-Papa qal li ser jigu publikati “gwidi” li jkunu ta’ ghajnuna biex wiehed jiskopri li t-talb huwa c-centru ta’ hajjitna. Iheggigna: “ Nirrakomanda dawn il-gwidi. Ikunu ta’ ghajnuna biex jistimulaw it-talb taghna bis-semplicita’ u skont il-Qalb ta’ Kristu.”

Il-Kap tal-Knisja sejhilna biex kuljum ingeddu l-impenn taghna li nkunu rgiel u nisa ta’ talb.

It-talb jigi mill-qalb u ma jinghadx b’mod ta’ pappagall. Le. Mill-qalb. Jalla l-kliem li nghidu fit-talb ikunu hierga mill-qalb.

 

Make a free website with Yola