jesusandmary

 

 

 

IS-SENA TAL-FIDI

 

Is-sena tal-Fidi hija sejha ghall-konversjoni awtentika lejn il-Mulej, l-uniku Salvatur tad-dinja. Fil-misterju tal-mewt u l-qawmien tieghu Alla irrevelalna l-Imhabba li ssalva u jsehilna biex induru Lejh. Il-bieb tal-fidi huwa dejjem miftuh ghalina. Il-kelma t’Alla milqugha bis-sincerita’ tbiddel il-qalb u thalli l-grazzja tahdem fiha.
 
IL-PAPA BENEDITTU JHABBAR IS-SENA TAL-FIDI.
 
Fis-17 ta’ Ottubru tas-sena 2011, il-Papa Benedittu XVI ghal darba ohra wera’ d-dedikazzjoni qawwija tieghu lejn l-Evangelizazzjoni u l-vokazzjoni missjunarja tal-Knisja kollha. Sa minn mindu ha l-ufficju tat-tmexxija tal-knisja bhala papa huwa wera bil-kelma u bl-ezempju zmien ta’ missjoni gdida. Il-pjan pastorali tieghu hu li jipproklama il-Vangelu ta’ Gesu’ Kristu – u din l-Evangelizazzjoni gdida sahhaha billi pproklama s-sena tal-Fidi.
 
F’Gunju tas-sena 2010 il-Papa Benedittu XVI stabbilixxa kumitat pontificju ghall-Evangelizazzjoni Gdida. Dan it-terminu Evangelizazzjoni Gdida kienet il-frazi favorita tal-predecessur tieghu, il-Papa Gwann Pawlu II. Hemm htiega urgenti ghal din l-evangelizazzjoni gdida fid-dinja sekulari tal-Punent. Nazzjonijiet li darba kienu nfluwenzati mill-Kristjanezmu issa qed jirrigettaw il-pedament tal-helsien taghhom.
 
Hafna nsara ma jafux dak li tghallem il-Knisja Kattolika. Ohrajn jipprattikaw religjon tal-kafiterija billi jaghzlu dak li jaqbel lilhom u jwarrbu dak li ma jghogobhomx. Ohrajn jemmnu, imma jillimitaw ruhhom ghall-Liturgija tal-Hadd. Dan irrizulta ghal dak li l-padri tal-Koncilju Vatikan II wissew: l-akbar zball ta’ zminijietna, is-separazzjoni tal-fidi mill-hajja ta’ kuljum.
 
Ghalhekk dan il-Papa missjunarju habbar “sena tal-fidi” li ser tibda mill-11 ta’ Ottubru 2012 sa Novembru 24, 2013 meta l-knisja ticcelebra l-festa ta’ Kristu Re. Huwa qal lill-fidili: “ Dan ikun mument ta’ grazzja u mpenn ghall-konverzjoni aktar kompleta lejn Alla, biex insahhu l-fidi Fih u nhabbruh u nxerrduh bil-ferh ma’ dawk ta’ madwarna.
 
Fis-17 ta’ Ottubru, 2011 huwa hareg ittra appostolika jisimha IL-BIEB TAL-FIDI .
 
Hawn taht qed nipproducu din l-ittra bil-Malti. Peress li huwa dokument twil ser naqsumha fi tlett taqsimiet biex wiehed ma jarahiex twila biex jaqraha.
 
ITTRA APPOSTOLIKA
MOTU PROPRIO DATA
IL-BIEB TAL-FIDI
TAL-PAPA
BENEDITTU XVI
GHALL-BIDU TAS-SENA TAL-FIDI
 
 
1.” Il-bieb tal-Fidi” huwa dejjem miftuh ghalina biex idahhalna f’hajja ta’ kommunjoni ma’ Alla u mal-Knisja. Il-vjagg tan-nisrani jibda' bil-maghmudija li biha nistghu nsejhu lil Alla Missierna u jispicca bil-mewt li ddahhalna fl-eternita’. Li tistqarr il-fidi fit-Trinita’ – Missier Iben u Spirtu Santu- huwa li temmen f’Alla wiehed li hu Imhabba: il-Missier li baghat lil Ibnu biex isalvana, l-Iben li bil-misteru tal-mewt u l-qawmien tieghu mill-mewt feda’ lid-dinja u l-Ispirtu Santu li jmexxi l-knisja matul is-sekli hekk kif ahna nkunu qed nistennew ir-ritorn glorjuz tal-Mulej.
 
2. Sa mill-bidu tal-ministeru tieghi bhala successur ta’ Pietru hassejt il-bzonn li niskopru dan il-vjagg ta’ fidi billi l-knsija kollha u r-rghajja taghha, bhal Kristu, jridu jahdmu biex imexxu l-poplu t’Alla mid-dezert ghall-hbiberija ma’ Kristu, dak li joffrI l-hajja b’abbundanza.
 
3. Ma nistghux naccettaw li l-melh jitlef it-toghma tieghu jew li d-dawl jinheba. (Matt 5:13 -16). In-nies tal-lum jistghu jmorru hdejn il-bir, bhas-samaritana biex hemm jisimghu lil Gesu’ li jistedinna nemmnu fih u ntellghu l-ilma tal-hajja mill-bir tieghu. Irridu niskopru mill-gdid it-toghma tal-kelma tieghu fedelment moghtija mill-knisja u nieklu mill-hobz tal-hajja offrut lid-dixxipli ta’ Kristu bhala sostenn. It-taghlim ta’ Kristu ghadu validu fi zminijietna. “Tithabbtux ghal ikel li jghaddi, imma ghal dak li jibqa’ ghall-hajja ta’ dejjem.” (Gw 6:27). Il-mistoqsija li staqsew is-semmiegha tieghu hija l-istess wahda li ahna naghmlulu llum : “X'irridu naghmlu biex naghmlu l-hwejjeg t’Alla” (Gw 6:28) U t-twegiba ta’ Kristu hija din li x-xoghol ta’ Alla huwa li inti u jiena nemmnu f'Dak li Alla baghat ghalina. (Gw 6:29) Mela li nemmnu fi Kristu hija t-triq certa biex naslu definitivament ghas-salvazzjoni.
 
4. Fid-dawl ta’ dan kollu, iddecidejt li nhabbar Sena ta’ Fidi. Din ser tibda fil-11 ta’ Ottubru 2012, il-50 anniversarju tal-ftuh tal-Koncilju Vatikan II u tintemm fis-solennita’ ta’ Kristu Sultan, 24 ta’ Novembru 2013. Il-11 ta’ Ottubru 2012 jfakkar ukoll l-20 anniversarju mill-publikazzjoni tal-katekizmu tal-Knisja Kattolika, li t-test tieghu gie promulgat mill-predecessur tieghi, Giovanni Pawlu II, bl-iskop li juri l-fidili il-qawwa u s-shubija tal-fidi. Dan id-dokument, frott awtentiku tal-Koncilju Vatikan II kien mitlub mis-Sinodu straordinarju ta’ l-isqfijiet fis-sena 1985 bhala strument ta’ servizz ta’ katekezi. It-tema ta’ l-assemblea generali tas-sinodu ta’ l-isqfijiet li jien sejjaht ghal Ottubru 2012 hija “L-Evangelizzazjoni Gdida ghax-Xandir tal-Fidi Nisranija.” Dan ikun zmien opportun biex il-knisja kollha tiskopri mill-gdid il-fidi. Ma hux l-ewel darba li l-Knisja sejhet biex tkun celebrata sena ta’ fidi. Il-Papa Pawlu VI habbar wahda fis-sena 1967 f’gieh il-martirju tal-qaddisin San Pietru u San Pawl f’gheluq 19 il-centinarju tal-martirju taghhom. Fehem li kien mument solenni ghall-knisja kollha li taghmel professjoni awtentika u sinciera ta’ l-istess fidi. B’hekk il-knisja tippurifika ruhha, isir aktar zaghzugha, tikkonfermaha u tisqarraha. Is-sena giet konkluza bil- Kredu tal-Poplu t’Alla mahsub biex juri l-kontenut li ghal sekli shah kien jifforma s-sisien l-patrimonju ta’ dawk kollha li kienu jemmnu.
 
5. F’dan r-rigward il-venerabbli predecessor tieghi ra din is-sena bhala konsewgwenza u htiega tal-periodu postkonciljari meta gharaf il-probelmi gravi taz-zmien specjalment f’dak li ghandu x’jaqsam ma’ l-istqarrija tal-veru fidi u l-interpretazzjoni korretta taghha. Fil-fehma tieghi li nedejt din is-sena ta’ Fidi, jaqbel hafna billi dan jahbat mal- hamsin anniversarju tal-ftuh tal-Koncilju Vatikan II u ghandu jipprovdi opportunita’ biex il-fidili jifhmu it-testi li hallewlna l-Padri tal-Koncilju li fi kliem Giovanni Pawlu II “ma tilfu xejn mill-valur taghhom.” Hemm il-htiega li jigu studjati sew biex wiehed jifhimhom  u jzomm it-taghlim tal-Knisja. Inhossni fid-dmir li nghidilkom li l-Koncilju hu grazzja kbira fuq il-Knisja fl-20 seklu. Irrid nishaqq wkoll fuq dak li jiena kelli nghid fuq il-Koncilju ftit xhur wara l-elezzjoni tieghi bhala Successur ta’ Pietru: “ jekk ahna ninterpretaw u nimplimentaw it-taghlim tal-koncilju dan ghandu jkun gwida biex il-knisja tiggedded b’mod qawwi.”
 
frar2012
 

(l-ittra tkompli fix-xahar ta' marzu)

Make a free website with Yola