jesusandmary

 

 SABIEX MA NINSEWH U NZOMMU HAJJA L-FIDI TAGHNA.

 DAHLA.

F’din is-sena dedikata lil Fidi Kattolika, nixtieq naqsam maghkom xi hsibijiet biex flimkien aktar nitheggu halli nghixuha u nkunu ta’ dawl ghal haddiehor li hu biered.

L-ewwelnett wiehed irid jifhem li l-fidi hija rigal, don moghti lilna b’xejn minn Alla ghax ried Hu u mhux ghax kien jisthoqilna jew ghaliex hdimna ghalih.

 Il-Fidi rridu nibzghu ghaliha ghaliex kif jghallem San Pawl hija bhal recipjient tal-fuhhar li jekk jizloqlok minn idejk, jaqa’ fl-art u jinkiser. Hekk jigri lill- Fidi taghna jekk ma niehdux hsiebha, jigi x-xitan u jisraqilna.  U x-xitan dejjem jara kif ser jaghmel biex jasal ghal dan l-ghan. Jahdem lejl u nhar biex iwebbel lill-bniedem b’idejat li huma kontra dak li joffrilna Alla. (Ara l-PP jismu NISKOT QUDDIEM IL-HERBA li hija attwalita’ prezenti fid-dinja tal-lum).

Il-Fidi jehtigilna li nghinuha tikber fina.  Alla zera’ l-Fidi fina, grazzi  ghall-genituri taghna li haduna nitghammdu, issa jonqos biss li naghmlu opri tajba biex din tikber u tissahhah fina. Il-Fidi minghajr opri ma hi fidi xejn, jghallem San Gakbu.

It-Twemmin Kattoliku ghandu tnax il-artiklu li kull nisrani jrid jemmen u jqieghed fil-prattika. Huwa dak li ahna nafuh bhal l-KREDU TA’ L-APPOSTLI. Nghidulu hekk ghax huwa t-taghlim li hadu l-appostli minghand Gesu’.

 

L-EWWEL ARTIKLU

JIENA NEMMEN F’ALLA L-MISSIER LI JISTA’ KOLLOX, LI HALAQ IS-SEMA U L-ART.

1. Meta jiena nghid jiena nemmen, inkun nifhem li dak kollu li hemm fil-Kredu huwa verita’ rivelat minn Alla, li la jqarraq u anqas jista’ jitqarraq, lill-Knisja li taghha Kristu huwa l-fundatur. Dawn il-veritajiet jitkellmu fuq Alla, Gesu’ Kristu u l-Knisja l-Gharusa tieghu spiritwali.

 2. F’dan l-ewwel artiklu n-nisrani jemmen li l-holqien ma giex wahdu; wara kollox xejn ma jsir wahdu.  Huwa Alla nnifsu l-awtur ta’ kreazzjoni li hawn madwarna. Alla ghamel is-sema l-art u kull ma fihom u tahom lill- bniedem biex jizvilluphom u fuq kollox biex jiehu hsiebhom u jhallihom ahjar li ta’ warajhom. Ikun jonqos il-bniedem li jgharraq l-ambjient ghal-egozimu tieghu, ghax b’hekk ibati kulhadd.

3. Ahna nsejhu lil Alla Missier ghaliex minn natura tieghu huwa Missier it-tieni Persuna tat-Trinita’ Mqaddsa, ghaliex Alla hu Missier l-umanita’ kollha li hu halaq ghax-xbiha tieghu u li taghhom jiehu kura bil-providenza tieghu tant fil-hajja naturali kif ukoll fil-hajja spiritwali. Bil-grazzja qaddiesa tieghu ahna nissejhu wlied addottivi Tieghu.

4. Dan Alla huwa Omnipotenti, jista’ kollox, barra li jaghmel il-hazen jew imut. Li kieku Alla kellu jaghmel il-hazen jew imut kien ikun sinjal ta’ dghufija, haga li f’Alla ma tistax tezisti billi Alla huwa l-AKTAR PERFETT.

It-twemmin tieghi f’Alla jurini li dan Alla huwa setghani u ghax huwa jista’ kollox jaghder, jahfer, ihobb lil kulhadd ghax kull bniedem huwa xbieha u holqien Tieghu anke meta dan il-holqien johoda kontra Alla.

Mit-taghlim ta’ Kristu ngharfu l-esistenza tat-Trinita’, Alla wiehed fi tlett persuni, indaqs fil-kobor, imma ma humiex tlett allat izda Alla wiehed. Dan il-kmand Gesu’ ta lil appostli tieghu: Morru ghallmu lid-dinja kollha u ghammduhom fl-isem tal-Missier u ta’ l-Iben u ta’ l-Ispirtu Santu.

5. Barra l-bniedem Alla halaq ukoll l-Angli li huma  kreaturi l-aktar nobbli, intelligenti u puri. Alla halaqhom biex iservuh u jadurawh u tahom ferh etern fid-dar tieghu tas-sema. L-angli ma ghandhomx forma u anqas figura materjali billi huma spirti puri, pero’ ahna ntuhom forma sensibbli biex nghinu l-immaginazzjoni taghna billi bost drabi dehru lill-bnedmin taht xi forma.

Mhux l-angli kollha kienu fidili lejn Alla; xi whud kienu tant suppervi li riedu jkunu bhal u daqs Alla. U kien ghalhekk li Alla ikkundannhom ghall-post etern ta’ tbatija li nsejhulu l-infern. L-angli l-hziena ahna nsejhulhom demonji u dawn jixtiqulna hafna deni billi jaraw li ahna nistghu immorru f’dak il-post ta’ ferh etern li huma tilfu, kemm il-darba nghixu l-hajja li jrid minna Alla.

Il-mibgheda taghhom tirrizulta meta jittantawna biex nidimbu. Pero’ bil-ghajnuna t’Alla, bit-talb u l-penitenza ahna nelghbu l-ghedewwa ta’ ruhna u nohorgu rebbihin bis-sahha tar-rebha li wettaq Kristu fuq id-dnub.

Jekk inkunu fidili lejn Alla, bhalma kienu l-Angli t-tajba Alla jzomm kelmtu u jilqghana fi hdanu meta nidhru quddiemu ghall-gudizzju.

L-Angli, fuq ordni t’Alla, jiehdu hsiebna u jipproteguna. Ghalhekk nitolbu l-ghajnuna taghhom b’mod specjali ta’ l-Anglu Kustodju biex ikun hu wiehed mill-protagonisti li jrazzan id-demonju u l-opri hziena tieghu.

6. Il-holqien tal-bniedem hija l-quccata tal-kreazzjoni vizibbli  ghaliex Alla halaq il-bniedem xbiha tieghu u nissillu f’qalbu x-xewqa li jippossedih wara li dan ikun habbu bil-hsieb, bil-kliem u bil-ghemil hawn f’din id-dinja. Anke jekk din ix-xewqa hafna drabi l-bniedem jinjoraha, Alla qatt ma jieqaf ikun ta’ sostenn ghalih. Il-bniedem isib biss il-paci meta jiltaqa’ ma’ Alla. Il-bniedem minn natura tieghu hu kapaci li jidhol f’komunjoni ma’ Alla. Inti kbir o Alla ….Inti ghamiltna ghalik u qalbna ma tistriehx jekk mhux fik. (Santu Wistin)

Il-bniedem jista’ jaghraf lil Alla b’mod naturali mir-raguni u jaghrfu bhala l-bidu u l-hallieq ta’ l-univers. Jekk wiehed jaghraf il-kwalitajiet tajba fil-bniedem jasal biex jinduna bil-kwalitajiet li hemm f’Alla li fih huma perfetti ghax hu esseri perfett. Jekk l-bniedem hu  tant gharef kemm izjed huwa Alla li halqu hekk; jekk il-bniedem jaf ihenn kemm izjed hu hanin Alla li halaq il-bniedem hekk u tant u tant kwalitajiet ohra.

 Lil Alla ahna wkoll naghrfuh b’mod sopranaturali meta nfittxu li nitghallmu fuqu mit-taghlim li hallielna Kristu fil-Vangelu.

7. Meta Alla halaq il-bniedem qaddsu bil-grazzja tieghu, imma meta dan il-bniedem kiser il-ligi tal-Hallieq, allura tilef il-grazzja u dahal id-dnub. Wiehed jista’ jifhem din ir-realta’ tad-dnub fid-dawl tar-rivelazzjoni divina u fuq kollox fid-dawl ta’ Kristu s-Salvatur ta’ kulhadd.  Fejn kotor id-dnub kotrot il-grazzja. Id-dnub tal-bniedem kien id-dizubbidjenza li permezz taghha xtaq li jsir bhal Alla, imma minghajr u mhux skond Alla.

Dan hu d-dnub originali. Fi kliem il-katekizmu tal-Knisja Kattolika id-dnub originali huwa d-dnub li fih kull bniedem jitwieled, huwa stat ta’ nuqqas ta’ qdusija u gustizzja  originali. Huwa dnub li writnih u mhux li kkommetejnieh; huwa stat ta’ twelid u mhux att personali taghna. Din it-transmissjoni, jigifieri li dan id-dnub jghaddi minn bniedem ghal iehor jibqa’ misterju li ahna ma nistghux nifhmu kompletament.

Hekk kif sehh id-dnub originali n-natura umana bdiet issofra minn injuranza, sofferenza u anke l-mewt u hija nklinata ghad-dnub.  Din l-inklinazzjoni nsejhulha konkupixenza.

Wara l-ewwel dnub Alla gietu hniena mill-bnedien billi ma riedx li dan jintilef. U ghalhekk weghdu Salvatur li hu Ibnu Kristu Sidna – Gesu’ Kristu l-Messija. Mhux ta’ b’xejn din il-waqa’ tal-bniedem fid-dnub hija msejha fil-Liturgija tal-Vgili ta’ l-Ghid bhala l-htija hienja billi staqhilna Redentur u Feddejj hekk Kbir.

 

 

Make a free website with Yola