jesusandmary

 

IT-TIELET ARTIKLU

 

Li kien ikkonceput mill-Ispirtu Santu u TWIELED MINN MARIJA VERGNI

 

It-tielet artiklu tal-fidi taghna jghallimna li kien Gesu’ kien konceput fi hdan il-Vergni Marija mhux bl-opra ta’ bniedem izda bil-qawwa ta’ l-Ispirtu Santu. U hekk sar bniedem.

It-tlett Persuni tas-Santissima Trinita’ hadmu flimkien u kkoperaw biex inholoq il-gisem u r-ruh ta’ Kristu. Nghidu li kien ikkonceput mill-Ispirtu Santu billi l-Inkarnazzjoni ta’ Kristu hija opra ta’ tjubija u imhabba, hidmiet li huma attribwiti lil Ispirtu Santu.

Meta Kristu nkarna u sar bniedem fil-guf purissimu ta’ Marija Ssma huwa xorta wahda baqa’ Alla. Ghalhekk Gesu’ Kristu huwa Alla u anke bniedem; ghandu natura divina u natura ta’ Alla, izda persuna wahda u dina divina.

Gesu’ kien kollox bhalna barra fid-dnub. Hu qatt ma seta’ jaghmel id-dnub ghaliex li wiehed jaghmel id-dnub huwa difett u mhux perfezzjoni tal-liberta’.

Marija Mqaddsa hija tassew Omm Alla ghaliex hija omm Gesu’ Kristu, li huwa Alla veru, ghaliex dak li sar bniedem minnha huwa l-Iben Etern tal-Missier. Huwa Alla nnifsu. Hija saret Omm Alla bil-hidma u l-qawwa ta’ l-Ispirtu Santu kif habbrilha l-Anglu Gabirjel.

Hija verita’ ta’ fidi li Marija kienet dejjem Vergni u hija msejha Vergni tal-Vergni. Santu Wistin isejhilha bhala l-vergni qabel it-twelid, il-vergni fit-twelid ta’ Gesu’ u l-vergni wara t-twelid ta’ Gesu’, dejjem vergni. Ghalhekk meta l-Evangelji jitkellmu minn “ahwa subien u bniet ta’ Gesu’” huma jkunu qed jitkellmu mill-qrabat ta’ Kristu, skond kif kienu jitkellmu in-nies ta’ dawk iz-zminijiet bibblici.

L-Omm ta’ Gesu’ hija Immakulata jigifieri sa minn qabel ma giet konceputa qatt ma kellha dnub, anqas l-icken dell ta’ dnub. Dan ifisser li grazzi ghall-grazzja ta’ Alla u minhabba l-applikazzjoni tal-merti ta’ Gesu’ Kristu minn qabel hija kienet mehlusa mid-dnub originali. Ghall-grazzja tal-hanin Alla hija kienet ukoll presevata mid-dnub personali: ghalhekk mimlija bil-grazzja, kif sellmilha l-anglu.

Hija accettat minn rajha u volontarjament li tkun omm Gesu’ u ghaldaqstant dahlet biex tkun parti mill-pjan tas-salvazzjoni ta’ Alla ghalina.

Il-katekizmu tal-Knisja Kattolika jurina f’dawl interessanti hafna it-twelid u l-infanzja ta’ Gesu’. Jghidilna li fil-Milied il-glorja tal-genna tidher fid-dghufija ta’ tarbija. Ic-cirkoncisjoni ta’ Gesu’ hija sinjal li huwa jappartieni lill-gens Lhudi u hija figura tal-Maghmudija taghna. L-Epifanija hija manifestazzjoni tal-Messija, Sultan ta’ Izrael lill-gnus kollha tad-dinja. Waqt il-presentazzjoni tieghu fit-tempju , Simeoni u Anna jissimbolezzaw lin-nazzjoni ta’ Izrael jistenna li jiltaqa’ mas-Salvatur; il-harba lejnl-Egittu u l-qtil ta’ l-innocenti jipproklamaw li l-hajja ta’ Gesu’ ser tkun kollha kemm hi persekuzzonijiet. It-tluq tieghu mill-Egittu jfakkar u jippresenta lil Gesu’ bhala Mose’ il-Gdid u l-veru Liberatur.

Il-hajja mohbija ta’ Gesu’ tghallimna l-imhabba u l-ubbidjenza filjali tieghu lejn Ommu u missieru putattiv, San Guzepp.

Gesu’ ircieva l-maghmudija ta’ tpattija ghal-mahfra tad-dnubiet minghand Giovanni l-Battista sabiex jinawgura l-hajja pubblika tieghu u janticipa “il-maghmudija” tal-mewt tieghu, Huwa li kien minghajr dnub accetta li jkun maghdud fost il-midimba. Kien il-“Haruf t’Alla li jnehhi d-dnub tad-dinja” (Giovanni 1:29) Il-Missier ipproklamah bhala l-“Iben mahbub tieghu.” (Matt3:17) u l-Ispirtu Santu nizel fuqu. Il-maghmudija ta’ Gesu’ hija t-tixbieha tal-maghmudija taghna.

Kristu gie ttentat fid-dezert. Dan ifakkarna fit-tentazzjoni ta’ Adam fil-Genna ta’ l-Art u t-tentazzjonijiet ta’ Izrael fid-dezert. Satana jittanta lil Kristu kontra l-ubbidjenza ghall-missjoni li tah Alla. Imma Kristu, Adam il-gdid jirresisti u juri l-ubbidjenza suprema u filjali lejn Alla, Missieru.

Huwa waqqaf is-saltna tieghu u kulhadd huwa mistieden biex jidhol fiha, anke l-aghar midimba, basta jikkonvertu u juru sinjali ta’ indiema. Is-saltna ta’ Kristu fuq l-art tappartieni lil dawk ta’ qalbhom umli u niedma.

Biex isahhah is-Saltna tieghu, huwa wettaq mirakli u sinjali. Ghalkemm fejjaq in-nies huwa ma giex biex jeqred il-mard u kull inkonvenjent iehor, izda biex jehlisna mill-jasar tad-dnub.

 

X'NISTA' NAGHMEL FIL-PRATTIKA:

Kristu hu l-imghallem tieghi; jiena, id-dixxiplu tieghu ghandi nhabrek biex infassal hajti fuq it-taghlim tieghu.

B'hekk jiena nkun parti HAJJA mis-saltna li huwa waqqaf hawn fuq l-art u li jrid ikabbar u jsahhah bil-partecipazzjoni tieghi.

Make a free website with Yola