jesusandmary

 

 

IR-RABA ARTIKLU

 

BATA’ TAHT IL-HAQQ TA’ PONZJU PILATU, MIET U DIFNUH

 

Dan ir-raba artiklu jghallimna li biex jehlisna mit-telfien ta’ dejjem huwa sofra ingustizzja taht Ponzju Pilatu, il-Gvernatur tal-Gudea, miet fuq salib u wara li nizzluh, difnuh.

It-tbatija li ghaddha minnha Gesu’ waqt il-Passjoni, sofrieha bhala bniedem u mhux bhala Alla billi bhala Alla la jista’ jbati u anqas imut.

Meta waslet is-siegha li fiha jinghata f’idejn il-hziena, Gesu’ ghazel minn rajh li jitla’ Gerusalemm u dahal f’dik il-belt b’mod glorjuz, riekeb fuq hmar, imdawwar bin-nies jghajtu “Imbierek min gej f’isem il-Mulej.”

Il-misteru paskali li jigbor fih il-passjoni u l-mewt, il-qawmien u l-glorja ta’ Gesu’ huwa c-centru tal-fidi nisranija.  Gesu’ sofra t-tbatija harxa tal-passjoni bhala bniedem ghax bhala Alla la seta’ jbati u anqas imut. Din it-tbatija tal-krucifissjoni kienet l-aktar wahda harxa li kienet fis-sehh dawk iz-zminijiet.  Kien Ponzju Pilatu l-gvernatur tal-Gudea li ghalkemm kien jaf li Gesu’ kien bla htija ceda’ ghat-theddid tal-poplu, baghtu ghas-swat u mbaghad ikkundannah ghall-mewt.

Dan kollu Gesu’ ghaddha minnu billi ried jaghmel il-volonta’ ta’ Missieru li ried isalva l-bniedem u ma jhallihx jintelf ghal dejjem. Kristu gie mislub fuq is-Salib fuq il-Kalvarju u waqt li kien qed imut hafer lil min wasslu ghal dan il-pass. Kien hawn li tana lil Ommu Marija bhala Ommna. Dan is-sagrificcju ta’ offerta tal-hajja ta’ Kristu ssodisfa l-gustizzja tal-Missier Etern ghad-dnubiet tal-bnedmin.

Xejn u hadd ma kien jista’ jissodisfa l-gustizzja t’Alla offiza bid-dnub tal-bniedem, hlief xi hadd li seta’ jaghmel hekk, li l-opri tieghu ghandhom mertu nfinit. U dan hadd ma seta’ jkun hlief Kristu u Kristu BISS.  Kristu sofra u miet bhala bniedem filwaqt li biex l-opra tieghu ta’ tpattija jkollha meritu nfinit kien jehtieg li jkun Alla. Kienet bizzejjed opra ta’ sofferenza wahda biex Kristu jpatti ghad-dnub ghax din kien ikollha mertu nfinit billi l-opri ta’ Kristu kellhom mertu nfinit. Mela forsi tistghu tistaqsu ghaliex ghazel li jghaddi minn tbatija hekk kiefra? Dan sar biex jurina kemm hi kbira l-imhabba tieghu ghalina u biex jurina l-kruha tad-dnub u allura kemm ghadna nabborruh.

Wara li miet fuq is-salib Kristu gie midfun f’qabar mhux wisq boghod mill-Kalvarju. Mal-mewt tieghu d-Divinta’ tieghu ma nfirditx mill-Gisem jew ir-Ruh tieghu. Gesu’ salva lil kulhadd : allura ghaliex mhux kulhadd isalva?  Ghaliex mhux kull bniedem jaghrfu, mhux kulhadd jbaxxi rasu ghall-ligi tieghu, mhux kulhadd jaghmel uzu mill-mezzi tas-salvazzjoni li hu hallielna.

Huwa mportanti li jekk irridu li s-salvazzjoni ta’ Kristu tkun ta’ frott ghalina, jehtieg li naghmlu uzu mill-mezzi ta’ qdusija  li hu hallielna. U dawn huma s-Sagramenti.  Hu sejjah lid-dixxipli tieghu biex jerfghu salibhom u jimxu warajh u dawn ikunu l-ewwel nies li jgawdu mill-beneficcji tieghu ghax hu jkun qed jissieheb maghhom bis-sahha tas-sagrificcju ta’ redenzjoni.

Make a free website with Yola