jesusandmary

 

 

8. “Nemmen fl-Ispirtu Santu”

 

Meta nghid jiena nemmen fl-Ispirtu Santu, jiena nkun qed nistqarr it-tielet Persuna tas-Santissima Trinita’ li gej mill-Missier u mill-Iben u li hu “meqjum u mweġġah flimkien mal-Missier u ma’ l-Iben”. L-Ispirtu Santu jinzel fi qlubna sabiex ahna nircievu l-hajja gdida ta’ wlied Alla.

Il-missjoni ta’ l-Iben u dik ta’ l-Ispirtu Santu ma jistghux jinfirdu minn xulxin ghaliex it-Trinita hija ta’ natura wahda u mhux maqsuma, l-Iben u l-Ispirtu Santu ghalkemm maghzulin ma humiex mifrudin. Meta l-Missier jibghat lil Ibnu jibghat ukoll dejjem l-Ispirtu tieghu li jghaqqadna ma’ Kristu fil-fidi sabiex ahna nkunu nistghu bhala wlied adottivi, insejhu lil Alla “Missier”. L-Ispirtu Santu ahna naghrfuh permezz tal-hidma tieghu meta jurina l-Verb u meta jahdem fil-Knisja.

L-Ispirtu Santu huwa l-isem propju tat-tielet Persuna tat-Trinita’ Qaddisa. Jinghata wkoll ismijiet ohra minn Gesu’ : l-Ispirtu Paraklitu jigifieri Konsolatur, Difensur) u l-Ispirtu tal-Verita. Fit-testment il-gdid gieli nsibuh bhala l-Ispirtu ta’ Kristu, tal-Mulej, ta’ Alla, l-Ispirtu tal-Glorja li kien imwieghed.

Is-simboli jghinu lil bniedem jaghraf aktar min hu l-Ispirtu Santu billi dawn jaqghu taht is-sensi tal-bniedem u minnhom jasal biex jaghraf aktar il-hidma ta’ l-Ispirtu Qaddis. Hemm kotra minnhom: l-ilma ħaj, li ħareġ mill-qalb minfuda ta’ Kristu u jaqta’ l-għatx ta’ l-imgħammdin; id-dilka biż-żejt, li hi sinjal sagramentali tal-Konfermazzjoni jew Griżma; in-nar, li jbiddel kull ma jmiss; is-sħaba, imdallma jew kollha dija, li turi l-glorja ta’ Alla; it-tqegħid ta’ l-idejn, li permezz tiegħu jingħata l-Ispirtu; il-ħamiema, li fil-magħmudija tinżel u tibqa’ fuq Kristu.

L-Ispirtu Santu jwassal il-messagg divin meta tkellem b’fomm il-profeti li tkellmu f’isem Alla. Gharrafhom x’kellhom jghidu lil bnedmin biex dawn izommu hajja t-tama taghhom f’Alla, Missier taghhom u ma jahsbux li Alla nsiehom u jitqawwew fil-fidi taghhom li l-Messija gej biex isalvana bhalma kien wieghed Alla lil bniedem meta dan kiser ghal ewwel darba il-kmand tieghu.

L-Ispirtu Santu jghin lil kull wiehed u wahda minna biex itemm id-doveri ta’ l-istat tieghu. Hekk lil Gwanni l-Battista mlieh hegga biex iwassal il-bxara li l-Messija hu fil-qrib u ghalhekk il-poplu kellu jipprepara biex jilqghu kif kien den.

L-Ispirtu Santu mlieha bil-grazzja tieghu u bis-sehem tieghu twieled Gesu’ bhala bniedem minn Marija Vergni. Marja mimlija bil-grazzja tiehu sehem ma’ Kristu fl-opra rendentrici tieghu.

Kristu mimli bl-Ispirtu Santu ghaddieh lil Appostli biex dawn b’kuragg kbir iwasslu l-bxara t-tajba lil bnedmin kollha. Dan sehh hamsin jum wara li huwa qam mill-imwiet fil-jum li ahna nsejhulu Pentekoste. D’dan il-jum sehh it-twelid tal-knisja ta’ Kristu li kompliet tikber u tissahhah permezz ta’ dan l-Ispirtu Qaddis.

Dan ghenha biex tirbah kull tfixkil u persekuzzjoniet u hajja u attivita tul iz-zminijiet u hekk tibqa’ sa ma tintemm id-dinja. Hemm il-weghda ta’ Kristu li ser jibqa’ maghha sa l-ahhar taz-zmien u li l-bibien ta’ l-infern ma jistghux ghaliha.

L-Ispirtu Santu jasal ghand kull bniedem meta dan jiehu sehem fic-celebrazzjonijiet tas-sagramenti l-aktar tal-Qrar, u l-Ewkaristija. Flimkien mat-talb, dawn ihallu frott fir-ruh tal-bniedem

Make a free website with Yola