jesusandmary

 

L-ITTRA TAL-PAPA BENEDITTU XVI FUQ IS-SENA TAL-FIDI

(IT-TIELET PARTI)

11. Il-kontenut tal-fidi kattolika jinsab fil-KATEKIZMU TAL-kNSIJA KATTOLIKA li hu ghodda ndispensabbli. Dan huwa wiehed mir-rizultati l-aktar importanti tal-Koncilju Vatikan II. Dwar jikteb Gwann Pawl II hekk: “dan il-katekizmu huwa kontribuzzjoni mportanti biex igedded il-hajja tal-knisja kattolika. Jiena niddikjarah strument leggittimu ghal knisja kollha u linja zgura biex tkun mghallma l-fidi.”
 
F’din is-sena tal-Fidi ghandu jsir uzu frekwenti biex tkun studjata u riskoperta l-fidi. Hawn huwa l-gid tat-taghlim li l-Knisja rceviet, u ddefendiet matul dawn l-ahhar 2000 sena. Dan il-katekizmu ma hux xi teorija, izda laqgha mal-Persuna li tghix f’nofs il-Knisja u taghlim fuq il-hajja sagramentali.
 
12. F’din is-sena l-katekizmu tal-knisja ghandu jkun ghodda biex specjal;ment dawk li huma responsabbli mill-formazzjoni nisranija juzawh bhala pediment ghat-tixrid tal-fidi. Aktar tard ser jinhargu direttivi kif wiehed ghandu jghix din is-sena ta’ Fidi ghal akbar gid spiritwali. Aktar min qatt qabel il-fidi qed tigi sfidata b’sensiela ta’ mistoqsijiet minhabba bidla fil-mentalita’. Madankollu l-knisja qatt ma bezghet li turi li ma hemm ebda konflitt bejn il-fidi u x-xjenza ghaliex ghalkemm huma zewg toroq differenti, it-tnejn ghandhom l-ghan li juru l-verita’.
 
13. Importanti li matul din is-sena nimxu l-pssi ta’ l-istorja tal-fidi taghna. Hafna kien nisa u rgiel li bil-kontribut tax-xiehda awtentika tal-fidi taghhom heggu biex kibret u sviluppat il-fidi fil-komunita’. Minn naha l-ohra d-dnub ghandu jqaqal fil-bniedem konverzjoni sinciera u kontinwa biex jircievi il-hniena tal-Missier li joffriha lil kull wiehed u wahda minnha. Matul dan iz-zmien ghajnejna rridu jkunu mwahhla fuq Gesu’ Kristu li fih u permezz tieghu nsibu t-twegiba tas-sofferenzi taghna, il-qawwa biex nahfru l-offizi li jsirulna u r-rebha tal-hajja fuq il-mewt; dan kollu jsib it-temmija tieghu fl-Inkarnazzjoni ta’ Kristu, li qasam maghna d-dghufija umana biex jibdilha bil-qawwa tal-Qawmien tieghu mill-imwiet. Fih, hu li miet u rxoxta ghas-salvazzjoni taghna, l-ezempji tal-fidi li mmarkaw dawn l-elfejn sena ta’ l-istorja tas-salvazzjoni jidhru fid-dawl.

Bil-fidi Marija accettat il-kelma ta’ l-anglu biex issir Omm Alla. Meta marret izzur lil Elizabetta hija kantat innu ta’ tifhir ghall-gid kbir li huwa jaghmel ma’ dawk li jafdaw fih. Bil-ferh hija welldet lil uniku Iben taghha u zammet il-vergnita’ taghha nttata. Hija afdat f’idejn Guzeppi biex it-tnejn jaharbu lejn lEggitu mill-qilla ta’ Erodi. Bl-istess fidi hija mxiet wara Binha fit-tixrid tal-Kelma tieghu u fi triqtu lejn il-Kalvarju. Bil-fidi Marija daqet il-frott tal-Qawmien ta’ Kristu mill-imwiet u dawk il-mumwent li hija ghozzet f’qalbha, hija ghaddiethom lit-Tnax migbura fic-cenaklu biex jircievu l-Ispirtu Santu.

Kien ukoll bil-fidi li l-Appostli hallew kollox u marru wara l-Imghallem taghhom Gesu’. Emmnu fi kliemu u xandru s-Saltna t’Alla. Huma kienu jghixu hajja ta’ kommunjoni billi segwew ir-regfoli ta’ hajja gdida li biha kulhadd jaghrafhom li huma dixxipli ta’ Kristu. Bil-fidi marru mad-dinja kollha jxandru l-bxara t-tajba u minghajr biza’ habbru l-ferh tal-qawmien, li tieghu kienu xiehda fidili.

Bil-fidi d-dixxipli kienu jingabru madwar l-Appostli biex jitolbu u jiehdu sehem mill-Ewkaristija u jaqsmu bejnithom biex jghinu lil min ma ghandux.
Bil-fidi l-martri hallew hajjithom u hafru lil min baghathom ghall-mewt.
Bil-fidi irgiel u nisa kkonsagraw ruhhom lil Kristu billi hallew kllox warajhom biex jghixu fl-ubbidjenza, faqar u kastita’. Bil-fidi nsara bla ghadd jithabtu ghalol-gustizzja biex iqieghdu fil-prattika l-kelma tal-Mulej, li gie biex ihabbar il-helsien lil imjassrin u ssena ta’ grazzja lil kulhadd. (lq 4 18 -19).
Bil-fidi matul iz-zminijiet irgiel u nisa li isimhom huwa miktub fil-ktieb tal-haruf (Rev 7:9, 13:8) satqarrew lil Kristu kull fejn kienu: fil-familja, fuq il-post tax-xoghol, fil-hajja pubblika li fiha kienu jaghtu sehemhom bil-karizmi u l-qadi ta’ dmirijiethom.
Bil-fidi ahna nghixu billi naghrfu lil Mulej Gesu’.

14. Din is-sena ta’ fidi tkun opportunita’ tajba biex nuru li ahna xiehda ta’ l-imhabba. Kif jurina San Pawl: “ U issa fadal il-fidi, it-tama u l-imhabba u l-aqwa fost dawn hija l-imhabba. (1 Kor 13:13) u kif jkompli San Gakbu bi kliem aktar iebes: “[Ġak:2:14] X'jiswa, ħuti, li wieħed jgħid li għandu l-fidi jekk ma jurihiex fl-għemil tiegħu? Jaqaw tista' ssalvah din il-fidi?[Ġak:2:15] Jekk ħuk jew oħtok ma jkollhomx x'jilbsu u jonqoshom l-ikel ta' kuljum,[Ġak:2:16] u wieħed minnkom jgħidilhom: "Morru bis-sliem, isħnu u kulu sa tixbgħ?", bla ma jagħtihom dak li hu meħtieġ għall-ġisem, dan x'jiswa?[Ġak:2:17] Hekk ukoll il-fidi: jekk tkun weħidha u ma jkollhiex l-għemil, tkun mejta fiha nfisha.[Ġak:2:18] Imma xi ħadd jista' jgħid: "Int għandek il-fidi, u jiena l-għemil." Urini l-fidi tiegħek mingħajr l-għemil, u jien nurik il-fidi tiegħi mill-għemil tiegħi.
 
Il-fidi minghajr imhjabba ma taghmilx frott filwaqt li imhabba minghajr fidi ikun biss sentiment. Il-Fidi u l-Imhabba jimxu id f’id. Tassew li hafna nsara jiddedikaw hajjithom li dawk li huma inqas fortunate fil-hajja. Permezz tal-fidi ahna nistghu naghrfu li huma Kristu ehor fuq l-art. “Dak li intom ghamiltu ma wiehed minn dawn iz-zghar, qiskom ghamiltuh mieghi.” (Matt 25:40).

Dawn il-kliem huma twissija oli ma ghadhom qatt jitnesew.Huwa permezz tal-fidi li naghrfu lil Kristu u huwa permezz ta’ l-imhabba tieghu li nersqu biex nassistu li ghajrna fil-bzonn.

15. Meta wasal fi tmiem il-hajja San Pawl talab lid-dixxiplu tieghu Timotju sabiex ihares il-fidi b’dik l-istess hegga ta’ meta kien tifel. Din l-istess stedina hija maghm,ulha lilna biex hadd ma jitghazzen fil-fidi. Hija s-sieheb tul hajjitna kollha li jghamilha posibbli biex naghrfu l-meravilji li Allajaghdem ghalina. Dak li ghandha bzonn id-dinja hu nies li jaghtu xiehda vera, nies imdawla fi-mohh u l-qalb bil-kelma tal-Mulej u kapaci li jifthu l-qlub u l-imhuh ta’ hafna ghax-xewqa ghal Alla u l-hajja vera minghajr tmiem.
 
Jalla din is-sena ta’ Fidi tissoda u tkabbar ir-relazzjoni taghna ma’ Kristu l-Mulej. . L-kliem ta’ San Pietru jitfalna ragg ta’ dawl fuq il-fidi: [1Pt:1:6] Għalhekk għandkom għax tifirħu mqar jekk issa, għal ftit żmien ieħor, jeħtiġilkom titnikktu taħt ħafna provi.[1Pt:1:7] Bħalma d-deheb, li jintemm, jgħaddi mill-prova tan-nar, hekk tgħaddi mill-prova l-fidi tagħkom, li tiswa aktar mid-deheb, biex ikun jistħoqqilha tasal għat-tifħir, għall-glorja, u għall-ġieħ, meta jidher Ġesù Kristu.[1Pt:1:8] Lilu, għalkemm ma rajtuhx, intom tħobbuh; fih, għad li issa m'intomx tarawh, intom temmnu; fih intom tifirħu b'ferħ glorjuż, li ma jistax jitfisser,[1Pt:1:9]. Il-hajja tan-nisrani tghaddi minn esperjenza ta’ ferh kif ukoll ta’ niket. Kemm qaddisin ghex fis-solitudni! Kemm nies li jemmnu, anke fi zminijietna jkunu mghoddija mill-prova tas-skiet ta’ Alla meta jistiequ jisimghu lehnubiex jikkunslaw! Il-provi tal-hajja filwaqt li jghinuna nifhmu l-misterju tas-Salib u nippartecipaw fit-tbatija ta’ Kristu huma bidu ghall-ferh u tama li lejhom l-fidi tmexxina :”meta jien dghajjef, iena nhossni qawwi” (Kol 12: 10). Ahna nemmnu b’certezza li Kristu rebah il-hazen u l-mewt. B’din it-tama zgura ahna nintelqu f’idejh.
Ejjew nafdaw dan iz-zmien ta’ grazzja li Omm Alla, proklamata : imbierka ghax hi emmnet. (luqa 1:45)
Moghtija gewwa Ruma fil-11 ta’ Ottubru 2011 fis-seba’ sena tal-Pontifikat tieghi.
.
BENEDICTUS PP. XVI

Make a free website with Yola