jesusandmary

 

 

IL-BNIEDEM TAL-FIDI.

 

 Il-virtu tal-fidi hija kwalita’ li n-nisrani ma jistghax jghaddi minghajrha. Hija ndispensabbli ghall-bniedem biex dan jghix ta’ veru nisrani u xhud veru ta’ Kristu, u bil-wisq ser tkun indispensabbli ghan-nisrani ta’ ghada. Il-gwerra li l-fidi ghanda mad-dlamijiet ta’ l-infern ser taghmilha aktar iebsa biex il-fjamma tal-fidi tibqa’ tixghel u ma tintefhiex. Imma kollox hu possibbli ghall-grazzja ta’ Alla li jxerridha fuq min jitlobhielu.

 Il-fidi taghna ma tigix minn kemm ahna nitghallmu teologija, imma minn kemm ahna qrib ta’ Alla, minn kemm ahna hbieb intimi tieghu, minn kemm ahna nhallu spazju fina biex Huwa jahdem fina u permezz taghna. In-nisrani jrid jaghmel kollox fuq xi mottiv tal-fidi biex jara kollox bl-ghajnejn tal-fidi. F’dinja li l-bniedem qed jibniha bil-hila u l-forzi tieghu fuq l-ekonomija u teknologija bl-eskluzjoni ta’ Alla, in-nisrani jrid aktar minn qatt qabel jarma ruhu b’fidi kbira u soda msahha bl-orazzjoni u fiducja biex jilqa’ kontra minn qed jiehu post Alla. Il-bniedem li jemmen jimla’ lir-ruhu bl-imhabba t’Alla, bl-Ispirtu qaddis tieghu. Il-fidi tan-nisrani trid tkun fidi mimlija esperjenzi, fidi li daqet, fidi li garrbet.

X’jaghmel il-bniedem li ghandu fidi? Iwegibna San Pawl u jghidilna: “Bil-fidi l-bniedem ihalli ghal kollox f’idejn Alla l-intelligenza u r-rieda tieghu. Iqis lil Alla bhala awtur tar-Rivelazzjoni u ghalhekk jaghti twegiba xierqa ghall-istedina ta’ Alla. Din it-twegiba tissejja˙ “ubbidjenza tal-fidi” (Rum 1, 5). Il-fidi jew tikber fina jew tiddghajjef u tista’ tmut ukoll. Il-fidi hija xiehda hajja ta’ dak li nemmnu: “Ghixu mela fi Kristu Gesu’, Sidna, kif tghallimtuh, b‘gherqukom fih u hajjitkom mibnija fuqu, imwettqin bil-fidi bhalma tghallimtuh, b’kotra ta’ radd il-hajr.” (San Pawl lil Kol. Kap 2 Versi 6-7)

 In-nisrani tal-lum u dak ta’ ghada jrid li jkollu fidi ta’ konvinzjoni u mhux ta’ tradizzjoni. Min ghandu bhala priorita’ lil Alla, jzommu dejjem u kull hin quddiem ghajnejh u jfittex li jonorah u jigglorifikah. Fi ftit kliem hajjitna ma tkunx maqsuma f’kompartimenti, fejn Alla jidhol biss f’certu hinijiet tal-jum, izda hajjitna tkun imfassla b’tali mod li Alla jigi qabel kollox. Ifisser li kollox isir ghal Alla kif jghallem San Pawl li “ sija tieklu jew tixorbu jew taghmlu xi haga ohra offru kollox ghal glorja ta’ Alla.” Jekk tassew Alla ikun il-pern ta’ hajjitna, hajjitna timbidel minn lejl ghan-nhar.

Kollox jibda jiehu t-toghma ta’ Alla: il-mod kif nitkellmu, il-mod kif ingibu ruhna ma’ ghajrna, il-kotba li naqraw, is-siti ta’ l-internet li nibbrawsjaw, l-ghazla tal-hbieb taghna u tant hwejjeg ohra.

 Hajjitna tibda f’Alla u tintemm f’Alla.

 Meta San Gorg Preca jitkellem fuq il-bniedem li jhobb lil Alla, ghax jemmen Fih, jghid li tali bniedem iqieghed lil Alla l-ewwel u qabel kollox f’hajtu u allura jkun lest li jbati ghalih, jimitah fil-hniena, jitkellem fuqu, jaqbez ghal Unuru u jibza’ wisq li jaghtih disgust, anke l-inqas wiehed.

 Dan hu ritratt ta’ bniedem li fih ghandu l-fidi.

Make a free website with Yola