jesusandmary

 


IL-BIBBJA TITKELLEM FUQ IL-HNIENA TA' ALLA

Alla taghna hu Alla tal-Hniena. Hu jaf li ahna l-bnedmin dghajfa, nonqsu milli naghtuh il-glorja li tixraqlu, imma l-Hniena tieghu ma titwemminx. Ghalhekk in-nisrani ghandu jkun konxju mill-Imhabba u l-Hniena Tieghu. Ma jhallix jum jghaddi minghajr ma jfahhar lil Alla. Zgur li ma nifhmux sew din l-Hniena Tieghu, izda nafu li qieghda hemm.

Il-bniedem hu midneb, izda Alla baghat lil Ibnu biex isalvana bil-mewt tieghu fuq is-salib. U hawn tidher l-Imhabba Kbira ta’ Alla ghalina: Gesu’ lest li jmut ghalina, ghalina li ahna mimlija difetti u dnubiet.

Fil-Bibbja hemm diversi siltiet li juru u jghallmuna l-Hniena ta’ Alla ghalina. Aqrhom bil-mod, xtarrhom biex ikunu ta’ ghajnuna halli jmexxuk fit-triq tal-fidi matul din is-sena u l-bqija ta' hajtek.

[2Sam:24:14] U David wieġeb lil Gad: “Nħossni f'diqa kbira: Ħalli naqa' f'id il-Mulej, għax kbira l-ħniena tiegħu; imma ma rridx naqa' f'idejn il-bnedmin!”

[Salmi:86:5] Għax int, Sidi, twajjeb u taħfer,

kollok tjieba għal kull min isejjaħlek.

[Salmi:145:9] Twajjeb ma' kulħadd il-Mulej,

tjubitu fuq kull ma għamel.

[Lq:6:36] Ħennu, bħalma hu ħanin Missierkom.

[Efes:2:4] Imma Alla, għani fil-ħniena tiegħu, bis-saħħa ta' l-imħabba kbira li biha ħabbna,

[Tit:3:5] hu salvana bil-ħasil ta' twelid ġdid u t-tiġdid ta' l-Ispirtu s-Santu, mhux minħabba l-opri tajba li stajna għamilna aħna, iżda minħabba l-ħniena tiegħu.

[Lhud:4:16] Ħa nersqu, mela, b'qalbna qawwija lejn it-tron tal-grazzja, biex naqilgħu ħniena u nsibu f'waqtha l-grazzja li neħtieġu.

[1Pt:1:3] Ikun imbierek Alla u Missier Sidna Ġesù Kristu, li fil-ħniena kbira tiegħu raġa' wilidna għal tama ħajja bil-qawmien ta' Ġesù Kristu mill-imwiet.





Make a free website with Yola