jesusandmary

 


KIF NAKKWISTA L-INDULGENZI MARBUTA MA DAN IL-GUBLEW.

“Li wiehed jaghmel pellegrinagg ghandha tifsira specjali fis-Sena Mqaddsa ghaliex tirraprezenta l-vjagg li kull wiehed minna jaghmel matul il-hajja tieghu. Il-hajja hija fiha nnfisha pellegrinagg u l-bniedem huwa l-vjaggatur, pellegrin li qed jivvjaga matul it-triq fid-direzzjoni tad-destinazzjoni mixtieqa. Biex wiehed jasal sal-Bieb Imqaddes gewwa Ruma jew f’kull kwalunkwe lokal iehor fid-dinja, kull wiehed skond il-hila tieghu jew taghha jkollu jaghmel pellegrinagg.  Dan ghandu jkun sinjal li l-hniena hija wkoll mira li wiehed ghandu jilhaq u din tehtieg dedikazzjoni u sagrificcju. Jalla il-pellegrinagg ikun dak li jimbuttana ghall-konverzjoni: billi naqsmu l-ghatba tal-Bieb Imqaddes ahna nsibu s-sahha biex inhaddnu l-hniena ta’ Alla u niddedikaw lilna nfusna ghal haddiehor billi nuru hniena mieghu bhalma Missierna wera’ hniena maghna.

Kif tirbah l-Indulgenza Plenarja matul dan il-Gublew.

L-Indulgenza taghtik il-mahfra kompleta tal-kastig temporali tad-dnub.  Skont id-digriet tal-Vatikan dawk li jixtiequ jirbhu l-indulgenza plenarja ghandhom jidhlu mill-Bieb tal-Hniena kull darba u jitolbu skont l-intenzjoni tal-Papa u jghidu Missierna u Kredu.

Il-kundizzjonijiet ordinarji biex wiehed jirbah l-indulgenza plenarja huma dawn: Il-persuni ghandhom ikollhom disposizzjoni interjuri li jinqatghu kompletament mid-dnub, jersqu lejn is-sagrament tal-qrar u jitqarbnu u dawn iz-zewg hwejjeg ghandhom isiru fi zmien ta’ bejn sebat u ghaxart ijiem qabel jew wara li tghaddi mill-Bieb tal-Hniena. L-indulgenza Plenarja tista’ tinkiseb darba kuljum, applikabbli ghall-persuna nnfisha jew ghal erwieh tal-purgatorju.

Araw x’tezori kbar ghandna ghad-disposizzjoni taghna. Ma nitilfuhomx.




Make a free website with Yola